Prezentazzjoni ta' Ktieb ta' Poeziji lis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex
Nhar is-Sibt 18 ta Jannar 1997, il-poeta zaghzugh Ghawdxi, Charles Bezzina ghamel prezentazzjoni ufficjali tal-ktieb tieghu ta' poeziji bil-Malti "Bahar Solitarju", lis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr. Anton Refalo.
F'din is-serata ha sehem ukoll il-kor "Kristu Sultan" tal-parrocca ta' Fontana, taht id-direzzjoni ta' Joseph Bezzina, kif ukoll inqraw xi siltiet ohra bil-Malti. Saru diskorsi mic-Chairman tal-Kunsill tal-Kultura ghal Ghawdex, is-sur Joe Camilleri, mill-poeta innifsu, kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex.
Fil-kelmtejn tieghu, is-Segretarju Parlamentari Refalo fahhar l-inizjattiva ta' dan il-poeta zaghzugh Ghawdxi ghal din il-gabra ta' poeziji miktuba bil-Malti u filwaqt li wieghed kull ghajnuna possibbli mis-Segretarjat ghal Ghawdex, awgura li jkun hemm kittieba ohrajn li jimxu wara l-passi tieghu, biex b'hekk jkun hemm aktar pubblikazzjonijiet bl-ilsien Malti.
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891