Zjara ta' kortesija mis-Sur Giorgio Boggio, Ambaxxatur Plenipotenzjarju tal-Unjoni Ewropea lill-Ministru Charles Buhagiar
L-ghajnuna ta' l-Unjoni Ewropeja fil-qasam ta' l-infrastruttura se tibqa' wahda mill-akbar ghajnuniet li l-Unjoni Ewropeja lesta toffri lil Malta. Dan qalu s-Sur Giorgio Boggio fi zjara ta' kortesija li huwa ghamel lill-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni l-Perit Charles Buhagiar.
Il-Ministru Charles Buhagiar u s-Sur Boggio ddiskutew diversi oqsma infrastrutturali li l-ghajnuna ta' l-Unjoni Ewropeja hija importanti ghalihom. Is-Sur Boggio wera t-tama tieghu li Malta tibqa' tuza l-ghajnuna finanzjarja li toffri l-Unjoni Ewropeja. Il-Ministru Buhagiar u s-Sur Boggio ftiehmu biex laqghat ohra ta' diskussjoni jsiru fil-gimghat li gejjin.
Fost l-oqsma li gew diskussi kien hemm ukoll it-tieni fazi tal-Master Plan tad-Drenagg, l-Masterplan dwar il-Gbir ta' l-Ilma tax-Xita, u l-assistenza barranija fejn tidhol l-inginerija u l-kostruzzjoni tat-toroq.
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891