Left arrow Go Back

Il-Kummissarju Gholi Ingliz ghal Malta jaghmel zjara ta' kortesija lill-Ministru tas-Sahha, Dr. Michael Farrugia

pr0087
Date Icon 20/01/1997

Illum, 20 ta' Jannar, saret zjara ta' kortesija mill-Kummissarju Gholi Ingliz ghal Malta, is-Sur Graham Archer, lill-Ministru ghas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia, fil-Ministeru l-Belt Valletta,

Is-Sur Archer fahhar l-istudenti Maltin ghax hafna minnhom imorru tajjeb hafna fl-istudji taghhom fl-Ingilterra, u sahaq li studju avvanzat u esperjenza fl-isptarijiet fl-Ingilterra ghandu jibqa' jigi nkoraggit.

Il-Ministru Farrugia qal li b'kollaborazzjoni bejn iz-zewg pajjizi diversi setturi, fosthom medici u paramedici, jistghu dejjem jitjiebu. Huwa ta ezempju ta' l-esperjenzi li diga' kien hemm fejn tidhol is-sahha u l-kura tal-mard mentali.

Hawnhekk il-Ministru Farrugia semma' kif pazjenti li jkunu rcevew kura ghall-problemi psikjatrici qed jigu meghjuna biex jintegraw ruhhom fis-socjeta' billi l-Gvern qieghed jikkonsidra l-possibilta' li jsiru tiswijiet necessarji fir-residenzi tal-pazjenti.

Il-Ministru Michael Farrugia u l-Kummissarju Gholi s-Sur Graham Archer tkellmu fit-tul dwar ix-xoghol estensiv ta' kompjuterizzazzjoni fil-MedicalStores ta' l-Isptar San Luqa.

Is-Sur Archer wera interess f'dan is-xoghol partikulari minhabba l-fatt li go sptarijiet ewlenin fl-Ingilterra saru strutturi godda fl-istores u li minn din l-esperjenza jista' jibbenefika kullhadd.

Il-Ministru Michael Farrugia spjega x-xoghol li qieghed isir fl-istores biex ikun hemm aktar kontroll specjalment fuq l-istocks tal-medicini. Huwa qal li dan qieghed isir fuq medda ta' zmien u li ghalissa x-xoghol manwali se jibqa' jsir xorta wahda.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow