Left arrow Go Back

Dr. Edgar Mizzi se jibda jaghti pariri dwar allegati kazi ta' korruzzjoni u abbuz ta' poter

pr0082
Date Icon 20/01/1997

Dr Edgar Mizzi accetta li fi zmien xahar jibda jaghti l-pariri lill-Gvern dwar diversi kazi ta' korruzzjoni u abbuz ta' poter u ta' decizjonijiet amministrattivi importanti li ma ttihdux skond normi ta' responsabbilta', prudenza u "accountability" serja kif tqajmu mill-Oppozizzjoni Laburista fis-snin ta' qabel l-elezzjoni ta' Ottubru 1996. Dr Mizzi laqa' t-talba tal-Prim Ministru Dr Alfred Sant li nhar il-Gimgha 17 ta' Jannar kiteb lil Dr Mizzi u rreferih ghal diversi kazi msemmija mill-Oppozizzjoni Laburista.

Dawn il-kazi jinkludu l-hatra ta' l-Inginier E. Farrugia fil-progett San Raffaele; l-ghoti tat-tender ghal Terminal 2 tal-Freeport; il-Korp ta' l-Awziljarji; il-Car Park tal-Furjana; Busietta Gardens; il-mahfra lil Francicso de Assis Queiroz; l-ghotja tal-bini tas-suq ta' Birkirkara lill-kumpanija MacDonalds; it-tender tal-makni tal-biljetti awtomatici tal-karozzi tal-linja; il-konkos ta' Mixer Ltd ghall-bini ta' SanRaffaele; traffikar ta' droga u l-investigazzjonijiet li saru dwar nies qrib ta' Ministri tal-Gvern precedenti; l-art f'Hal Qormi li Posta Ltd riedet tixtri.

Il-Prim Ministru qal lil Dr Mizzi li konformi mal-weghda li Dr Sant kien ghamel, jixtieq li jinbdew investigazzjonijiet f'dawn il-kazi, taht il-ligijiet viggenti. Dr Sant qal li l-Gvern behsiebu jdahhal ligi aktar 'il quddiem biex jizgura li, allegazzjonijiet bhal dawn jigu ttrattati minnufih minn organu indipendenti mill-Gvern tal-gurnata, u li jirrispondi direttament lill-Parlament. Il-Prim Ministru qal li ma tkunx haga ghaqlija, li nistennew li tinholoq din l-istituzzjoni u li hu xieraq li d-decizjonijiet dwar l-investigazzjonijiet li ghandhom isiru, dejjem fir-rispett tal-ligi, jittiehdu malajr kemm jista' jkun.

Il-Prim Ministru talab lil Dr Mizzi biex jaghtih il-parir tieghu, kaz b'kaz, mill-fatti u l-indizji li sa issa huma maghrufa, dwar x'inhuma l-investigazzjonijiet li ghandhom isiru fic-cirkostanzi attwali fil-kazi li semmielu. Il-Prim Ministru talab il-parir ta' Dr Mizzi dwar kif jistghu jitwettqu l-investigazzjonijiet li jidhru li huma xierqa u fattibbli fic-cirkostanzi attwali, u skond il-mezzi provduti mill-ligijiet ezistenti u mill-prattika amministrattiva. Il-Prim Ministru talab lil Dr Mizzi jindikalu t-termini ta' riferenza li ghandhom jinghataw lill-investigazzjonijiet, fejn dawn ghandhom isiru, halli tassew tohrog il-verita'.

Dr Sant qal li tkun ta' ghajnuna jekk il-pariri ta' Dr Edgar Mizzi dwar dawn il-materji ta' l-akbar importanza jibdew jinghatawlu fi zmien xahar, mhux necessarjament fl-ordni ta' kazi li indikalu l-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru ta lil Dr Mizzi access shih ghall-files u dokumenti tal-Gvern u tal-Korpi li jiddependu minnu, skond il-htiega.

Kopja ta' din l-ittra qed titqassam lill-Istampa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow