Left arrow Go Back

Imfakkar Jum is-Sigar f'Ghawdex

pr0077
Date Icon 17/01/1997

'Jum is-Sigar' f'Ghawdex gie mfakkar permezz ta' cerimonja simbolika ta' thawwil ta' sigar li saret fil-gonna ta' l-Isptar Generali ta' Ghawdex. Ghal din l-okkazzjoni d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura hawwel aktar minn hames mitt sigra ta' tip differenti f'dawn il-gonna. Il-programm kien jinkludi qari ta' poeziji u anke intervent muzikali minn studenti minn diversi skejjel f'Ghawdex.

Wara saru mesaggi ta' l-okkazzjoni mis-Sur Carmel Portelli, Segretarju tal-Kumitat "Insebbhu l-Ghawdex", mis-Sur Horace Mercieca, Assistent Direttur ta' l-Edukazzjoni u mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr. Anton Refalo. Fid-diskors tieghu Dr. Refalo tkellem fuq il-bzonn li jigi apprezzat aktar l-effett pozittiv li jhallu s-sigar fuq l-ambjent tal-Gzira Ghawdxija. Huwa qal li dan l-apprezzament jista' jinxtered l-aktar fost it-tfal ghalkemm kulhadd huwa responsabbli mill-ambjent li jghix fih. Ghalhekk kull sigra li titwahhal tkompli ssebbah l-ambjent naturali ta' Ghawdex biex b'hekk dawk li jigu wara jsibu lil Ghawdex isbah milli hu llum. Dan ikompli jghin fl-izvilupp sostenibbli ta' Ghawdex, specjalment bhala destinazzjoni turistika.

Wara dawn id-diskorsi Dr. Refalo ipprezenta pjanti ornamentali lis-Sur John Pace Kunsulent ghall-Isptar Generali ta' Ghawdex kif ukoll lil xi studenti prezenti. Wara, Dr. Anton Refalo kixef lapida kommemorattiva. Fl-ahhar nett thawwlu xi sigar fosthom wahda mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow