Left arrow Go Back

Importanza shiha lill-edukazzjoni sportiva

pr0076
Date Icon 17/01/1997

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali Evarist Bartolo qal li fid-diskussjonijiet li se jkun hemm ghall-kurrikulu gdid u modern fl-iskejjel taghna zgur se tinghata importanza shiha lill-edukazzjoni sportiva. Huwa qal li jaqbel ma' dawk li jhossu li l-edukazzjoni sportiva titqies suggett importanti fl-iskola tant li anki jibdew isiru ezamijiet fih. Il-Ministru Bartolo qal li qed tqum kuxjenza fil-pajjiz li hemm bzonn jitnehhew l-esagerazzjonijiet mis-sillabu fl-iskejjel primarja biex ikun hemm spazju ghall-edukazzjoni sportiva.

Il-Ministru Evarist Bartolo ghamel diskors ta' introduzzjoni, nhar il-Hamis, 16 ta' Jannar, 1997 f'seminar ta' tliet ijiem organizzat mill-Akkademja ta' l-Edukazzjoni Fizika u Sport fl-Universita` ta' Malta. Matul is-seminar qed jigi diskuss kif ghandha tigi ezaminata l-edukazzjoni sportiva fl-iskejjel.

Il-Ministru Bartolo qal li hemm bzonn inrawmu lit-tfal f'kultura sportiva ghax hi xi haga posittiva minnha nnifisha u ghax hekk jaqbel ghas-sahha tat-tfal. "Inkella se nrawmu generazzjoni shiha ta' Maltin u Ghawdxin li jimirdu bil-qalb, bid-dijabete u bi hxuna zejda." qal il-Ministru Bartolo. Huwa appella lill-genituri biex ma jqisux l-edukazzjoni sportiva hela ta' hin.

Il-Ministru Bartolo semma kif b'disa' ghalliema peripatetici f'70 skola primarja zgur mhix qed tinghata edukazzjoni sportiva sodisfacenti. Il-Ministru Bartolo semma' kif hemm hafna nuqqasijiet fil-facilitajiet sportivi ta' l-iskejjel lokali u awgura li b'koperazzjoni bejn il-kunsilli lokali, il-kunsilli skolastici u s-settur privat isir sforz komuni biex dawn il-facilitajiet sportivi jitjiebu ghall-gid ta' l-istudenti u tal-komunita. Il-Ministru Evarist Bartolo rringrazzja lil dawk l-edukaturi u l-voluntiera li tant jimpenjaw ruhhom mat-tfal u z-zghazagh fl-attivita` sportiva fil-hin hieles taghhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow