Stqarrija tal-Korporazzjoni Enemalta dwar qtugh fil-provvista ta' l-elettriku
Il-bierah ghal habta tas-sebgha ta' filghaxija zviluppat hsara fuq wiehed mill-cables tal-vultagg gholi li jissuplixxi parti mill-Isptar San Luqa u partijiet mill-Imsida, Marsa, Ta' Xbiex u Manoel Island.
Minnufih bdiet hidma biex tinstab u tigi izolata l-hsara. Il-provvista ta' l-elettriku giet restawrata fil-partijiet milquta minn sorsi ohra. Aktar tard kien maghruf li l-hsara kienet f'tarf ta' cable tal-vultagg gholi f'substation fil-Marsa.
Madankollu, fil-8.30 tal-bierah fil-ghaxija zviluppat hsara ohra li effettwat partijiet minn San Giljan u tas-Sliema. Matul il-lejl saret hidma shiha biex il-provvista ta' l-elettriku tigi lura. Il-hsara din d-darba kienet gejja minn gonta tal-cables ta' taht l-art f'San Giljan.
Sadattant, ghal habta tat-8.50 ta' dalghodu waqt li kienet ghaddejja l-hidma biex tissewwa l-hsara fil-Marsa, zviluppat hsara ohra fil-Marsa stess li effettwat partijiet mill-Marsa, Hamrun, G'Mangia, Msida u Pieta'.
Ghalkemm iz-zewg hsarat tal-Marsa kienu indipendenti minn xulxin, dawn graw fuq sorsi li jissuplixxu bejn wiehed u iehor l-istess postijiet u ghalhekk, ma kienx possibli li l-provvista ta' l-elettriku tigi restawrata minn sorsi ohra fi zmien qasir kif isir issoltu.
Ma' dan kollu l-Enemalta qed taghmel dak kollu li tista biex is-sitwazzjoni tigi normalizzata mill-aktar fis possibli.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901