Stqarrija mill-Awtorita' tad-Djar
L-Awtorita' tad-Djar fir-rigward ta' ittra ufficjali datata 30 ta' Dicembru 1996 mibghuta mill-Awtorita' tad-Djar lil Devlands Limited u Hal Mann Limited
tistqarr illi:
Il-kuntratturi fil-progett ta' Binja Buqana, Mtarfa li dwaru ntbaghtet l-imsemmija ittra ufficjali kienu Devlands Limited.
Il-madum imqieghed fil-Binja Buqana Mtarfa kien gie mixtri minn Devlands Limited minghand Hal Mann Limited.
Jirrizulta illi f'uhud mill-istess madum tfaccaw diversi tbajja'.
Hal Mann Limited, wara ittra ufficjali precedenti, iggarantew li d-differenza fit-tonalita' tal-madum jispicca hekk kif jghaddu 30 xahar mill-25 ta' April 1996 u dan peress li huma allegaw illi dan il-fatt seta' kien gej minhabba li l-madum tqieghed fuq art imxarrba, jew ossia kien hemm 'entrapped water' li gie fil-perjodu ta' bejn il-konsenja u t-tqeghid.
Illi l-Awtorita' tad-Djar ma tixtieqx ghalissa tidhol fil-meritu dwar ta' min kienet il-htija ta' dan l-iskolorament fil-madum, cioe' jekk kienitx ta' Hal Mann Limited jew ta' Devlands Limited u ghadha ma hiex f'pozizzjoni li tiddeciedi dan. Pero' l-Awtorita' tad-Djar tixtieq tissalvagwardja l-posizzjoni taghha u tan-nies li xtraw il-proprjetajiet fil-konfront ta' min hu responsabbli ghal dan id-difett u kien ghalhekk li saret l-ittra ufficjali ndirizzata liz-zewg kumpaniji.
Il-beneficjarji li xtraw il-Cluster Houses hallsu, jew qeghdin ihallsu, u jinsabu preokkupati dwar dan il-fatt sfortunat ghal kulhadd. L-iskop ta' l-ittra ufficjali kien intiz biex Devlands Limited u Hal Mann Limited flimkien isibu soluzzjoni prattika u effettiva, jekk jista' jkun immedjatament, anke ghaliex it-trapass taz-zmien ta' 30 xahar imsemmi fl-ittra-garanzija ta' Hal Mann Limited jkun ifisser li, fl-gheluq iz-zmien imsemmi, fil-fond ikunu diga' dahlu n-nies li ghalhekk ikollhom jaghmlu sagrificcji kbar jekk dak imwieghed minn Hal Mann Limited ma jsehhx - u dana apparti spejjez zejda li mbaghad ikunu jridu jsiru jekk ikun hemm bzonn ta' bdil fil-madum.
Ghalkemm fil-konfront ta' l-Awtorita' tad-Djar is-socjeta' responsabbli hi Devlands Limited u dan 'ex contractu', l-Awtorita' tad-Djar riedet li ggib il-fatti kollha formalment a konjizjoni ta' Hal Mann Limited peress illi l-madum uzat kien supplit minnu.
L-Awtorita' tad-Djar temmen li kemm Hal Mann Limited kif ukoll Devlands Limited jifhmu li l-istess Awtorita' tad-Djar tinsab hi ukoll taht pressjoni, f'hafna kazi gustifikata, minn nies li xtraw l-istess postijiet.
Illi apparti dan kollu l-parti inizjali ta' ittra ufficjali mibghuta hija cara u biha huma Devlands Limited li qed jigu nterpellati bhala l-legittimi kontratturi ta' l-Awtorita tad-Djar u lilhom qed jigi nterpellat biex jaghmlu dak indikat fl-istess ittra.
Ghal kull buon fine qed jigi kkjarifikat illi Hal Mann Limited gew notifikati bl-imsemmija ittra ufficjali peress li huma kienu il-fornituri ta' l-istess madum, ghalhekk jista' jkun li ghandhom certu interess fl-ezitu ta' din il-vertenza.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901