Laqgha bejn is-Segretarju Parlamentari Dr. Joe Cilia u l-Agenzija Sedqa
F'laqgha ricenti li kellu s-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport Kultura u l-Arti, Dr. Joe Cilia, ma' l-Agenzija Sedqa, gew trattati diversi oqsma u punti interessanti fuq ix-xoghol tas-Sedqa. Id-delegazzjoni kienet immexxija mic-Chief Executive Joe Gerada.
Min naha taghha Sedqa infurmat lis-Segretarju Parlamentari bic-Centri kollha li l-agenzija ghandha madwar il-pajjiz, fejn fihom toffri ghajnuna lill-pubbliku. Sedqa elenkat ir-rizorsi umani ta' l-agenzija taghha, fosthom l-istaff prezenti, fejn qalet li l-maggor parti ta' l-impjegati huma zghazagh. Sedqa tat rendikont ta' l-iskemi varji li hi qed toffri fost id-drogati u persuni bil-vizzju tax-xorb.
Barra minn hekk Sedqa qieghda wkoll tqajjem kuxjenza fost il-pubbliku bi programmi edukattivi li jvarjaw, fost l-istudenti fl-iskejjel, kif ukoll fuq il-postijiet tax-xoghol. Kampanji edukattivi qeghdin isiru wkoll fuq il-mezzi kollha tal-media.
Is-Segretarju Parlamentari, minn naha tieghu, talab lil Sedqa sabiex tikber u titkattar il-kordinazzjoni bejn Sedqa, ic-Centri taz-Zghazagh u l-Kunsilli Lokali. Hu talab ukoll sabiex Sedqa tkompli bix-xoghol siewi li qieghda tizvolgi u li toffri lill-pubbliku aktar informazzjoni, kemm fuq l-agenzija nnifisha, kif ukoll fuq ic-centri taghha. Is-Segretarju Parlamentari accenna ghall-impenn tal-Gvern fuq il-problema tad-drogi u l-importanza li zghazagh bil-vizzju tad-drogi u l-familjari taghhom, jigu mghejjuna bl-aktar mod professjonali.
Fl-ahharnett is-Segretarju Parlamentari offra l-ghajnuna tieghu u tas-Segretarjat, li jaqa' taht ir-responsabbilta' tieghu biex isir pjan globali sabiex il-problema tad-droga f'pajjizna tigi trattata bl-aktar mod efficjenti.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901