Ir-Riabilitazzjoni tal-Forti Sant'Iermu fil-pjanijiet tal-Gvern
PR2215
20/12/1996
| Id-Development Brief li qed tithejja ghal Forti Sant' Iermu | ser ikun il-bazi tar-riabilitazzjoni tal-Forti li ghandu potenzjal kbir ghall-izvilupp. Dan qalu il-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-Perit Charles Buhagiar waqt zjara ta' familjarizzazzjoni li huwa ghamel gewwa il-Forti Sant' Iermu. |
| Il-Ministru Buhagiar qal li l-Forti Sant' Iermu, li ghandu valur | storiku kbir u li ilu mitluq miz-zmien li telqu l-Inglizi, ghandu bzonn xoghol kbir ta' restawr. Id-development brief li qieghed isir, li jaghmel parti mill-Grand Harbour Local Plan, jinkludi fih proprjet ohra, bhal l-Evans Laboratories, l-Examination Halls u l-War Museum. L-industrija tal-kostruzzjoni ghandha taghti wkoll is-sehem taghha f'dan il-qasam tar-riabilitazzjoni. B'hekk postijiet antiki u ta' valur jigu uzati sewwa u fl-istess hin ikun qed isir uzu ahjar ta' l-art. Il-Ministru Buhagiar spjega kif il-Forti Sant' Iermu jista' jigi uzat ghal hafna skopijiet fosthom dawk turistici, kummercjali, u ta' rikrejazzjoni. Huwa qal li l-Gvern qieghed ukoll jistudja serjament postijiet alternattivi ohra fejn jistghu jinhadmu l-karrijiet tal-Karnival. |
| Minn naha tieghu is-Sur Ray Bondin, Ko-ordinatur tal-Progett | ghar-Rijabiltazzjoni tal-Belt Valletta, fi hdan il-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, li ikkommissjona d-Development Brief ghall-Forti Sant' Iermu, qal li l-imhazen tal-Forti qed jintuzaw minn nies ghal diversi ragunijiet personali u dan qieghed jikkrea iktar hmieg u telqa f'post li ghandu hafna laqtiet storici. |
| Il-Perit Konrad Thake, li qieghed ihejji d-Development Brief, | fisser kif dan ser ikun il-bazi ta' diskussjonijiet biex jittiehdu decizjonijiet dwar kif se jithaddem ix-xoghol. |
| Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll il-Perit Carmelo Mifsud | Borg, Direttur ta' l-Estate Department, il-Logotenent Kurunell Kenneth Valenzia u l-Kmandant Anthony Mifsud Tomasi mill-Akkademja tal-Gustizzja Kriminali. |
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891