Left arrow Go Back

Il-Ministeru ghall-Harsien Socjali jwiegeb ghall-Artikolu ppubblikat f'gurnal lokali

PR2213
Date Icon 20/12/1996
B'riferenza góall-artikolu intitolat 'Ebda indikazzjoni ta' strateíijaídida fil-ílieda kontra d-droga' ippublikat fil-gurnal 'In-Nazzjon' tal-lum l-20 ta' Dicembru, 1996, irid jinghad illi l-kontenut ta' dan l-artikolu assolutament ma jissostanzjax it-teúi ta' l-artikolist li m'hemm l-"ebda indikazzjoni ta' strateíija ídida fil-ílieda kontra d-droga". Il-fatt li qegódin isiru laqgóat regolari bejn il-Gvern u "diversi aíenziji li jaódmu fil-qasam kontra t-traffikar tad-droga", kif ukoll il-fatt li f'dawn il-laqgóat sar "commitment bejn kulóadd biex ikun hemm koordinazzjoni f'dan il-qasam" huwa indikazzjoni mill-aktar ðara li l-Gvern prezenti miexi lejn strateíija ídida fil-ílieda kontra d-droga.
Meta l-Partit Laburista tela' fil-Gvern sab li góalkemm kien hemmnumru ta' aíenziji u góaqdiet tal-Gvern jaódmu fil-qasam tal-prevenzjoni, kura u rijabilitazzjoni mid-droga, ma kien kwazi jeúisti l-ebda koordinament bejniethom. Dan kien qiegóed iwassal góal óela ta' riúorsi umani u finanzjarji f'dan il-qasam u b'hekk kien hemm lok fejn tikber mhux ftit l-effiðjenza f'din il-óidma.
Il-Gvern Laburista beda mill-kunðett li jekk irridu inkunu aktareffettivi u effiðjenti fil-óidma tagóna kontra l-abbuú mid-droga, irridu nikkoordinaw ir-riúorsi tal-Gvern u tal-volontarjat biex dawn jagótu l-aqwa riúultat possibbli. Kien góalhekk li l-Prim Ministru Dr Alfred Sant, sa mill-ewwel jiem tal-óatra tiegóu, óa l-inkarigu li jlaqqa' lil dawk kollha involuti biex jispjega d-direzzjoni li fiha l-Gvern irid li timxi l-ílieda kontra d-droga.
Wara din l-ewwel laqgóa komplew u góadhom isiru laqgóat, din id-darbaippreseduti mill-Ministru tal-Óarsien Soðjali, il-Professur Edwin Grech, li fihom qegódin jieódu sehem b'mod attiv rappreúentanti tal-Kummissjoni kontra l-Abbuú mid-Droga, l-Aíenzija Sedqa, il-Caritas, il-Fondazzjoni Oasi u l-Pulizija. L-góan tal-laqgóat ta' dan il-kumitat huwa li jitfassal pjan strateíiku nazzjonali biex, kif intqal aktar qabel, isir l-aójar uúu mir-rizorsi umani u finanzjarji tagóna fil-ílieda kontra d-droga.
Kulóadd jifhem li xi óaía delikata bóal din, trid iú-úmienbiex tiíi imóejjija. Madankollu il-bidu qiegóed hemm u d-direzzjoni mogótija mill-Gvern hija ðara - hemm bzonn ta' anqas daqq ta' trumbetti u aktar koordinament fil-ílieda kontra d-droga jekk verament irridu inkunu mhux biss effiðjenti iúda wkoll effettivi.
Min jgóid li m'hemm l-"ebda indikazzjoni ta'strateíija ídidafil-ílieda kontra d-droga" ikun mhux biss qiegóed jgóid affarijiet li assolutament m'humiex minnhom iúda wkoll ikun qieghed inaqqas mill-importanza u l-validità ta' l-impenn tal-Gvern sa issa. B'kuntrast ma' dak li nkiteb fil-íurnal 'In-Nazzjon', il-íurnal 'The Times' fl-editorjal tiegóu tas-17 ta' Dicembru jqis il-kumitat koordinattiv li óatar il-Gvern Laburista, u l-góan tiegóu, bóala importanti u "a very sensible and wholesome thing, so as to coordinate work in this sector, and to ensure that there is no duplication of work and resources".
Fl-aóóarnett irid jinghad li kien ikun aktar prudenti u etikamentkorrett li kieku il-íurnal 'In-Nazzjon', bóal ma talab il-kummenti ta' dawk kollha li qegódin jieódu sehem fil-laqgóat imsemmija, jitlob il-kummenti wkoll tal-Ministru tal-Óarsien Soðjali l-Professur Edwin Grech, li qiegóed imexxihom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow