Stqarrija mill-Ministru ghall-Gustizzja u Kunsilli Lokali
PR2210
20/12/1996
| B'referenza ghall-istqarrija ghall-istampa mis-Segretarju Generali | tal-Partit Nazzjonalista u Shadow Minister ghall-Gustizzja u Kunsilli Lokali, l-Onor. Austin Gatt, dwar il-Kunsilli Lokali, wiehed kien jistenna li qabel ma jitkellem Dr.Austin Gatt kien jivverifika sew il-fatti dikjarati minnu. |
| Il-Partit Laburista ghandu mandat car biex jibqa' miexi 'l quddiem | bit-tibdiliet suggeriti fil-Manifest Elettorali dwar l-eliminazzjoni tal-listi tal-partiti politici fil-Kunsilli Lokali. Il-maggoranza assoluta tal-poplu Malti jrid dan it-tibdil u Gvern Laburista jonqos jekk ma jattwax l-emendi necessarji fil-Ligi fi zmien opportun. |
| Ghaldaqstant nirreferi lil Dr. Gatt ghall-pagna numru 190 tad-dokument | "Ic-Cittadin l-Ewwel", u ghall-pagna 29 tal-Manifest Elettorali biex ma jergax jghawweg l-iswed fuq l-abjad. |
| Barra minn hekk il-biza li qed jipprova jdahhal fil-Kunsilli Lokali, | juri bic-car li Dr.Gatt ghadu maqtugh mill-poplu u mill-Kunsilli Lokali u mhux konxju tal-problemi li l-Partit Nazzjonalista halla f'hogor il-Kunsilli Lokali, li konvenjentement kien juzahom bhala paraventu, ghall-inkapacita' tal-Gvern Nazzjonalista li jhaddem il-process ta' decentralizzazjoni b'mod effettiv ghall-gid tac-cittadin. |
| Barra minhekk, Dr Gatt hawwad b'mod irresponsabbli s-servizz tal-Wardens | u enforcement tal-ligi, mal-gbir ta taxxi. |
| Il-Partit Laburista sa minn qabel l-elezzjoni stqarr illi l-Kunsilli | ma ghandhomx ikunu l-istrument ta' impozizzjoni u gbir ta' taxxi peress li din hija responsabbilta' tal-Gvern Centrali. Il-proposta ta' twaqqif ta' Tribunali Regjonali ghall-enforcement iktar efficjenti tikkostitwixxi proposta konkreta u prattika li apparti li hija efficjenti tnaqqas il-piz amministrattiv tal-prosekuzzjoni li Gvern Nazzjonalista bl-iktar mod irresponsabbli ried jimponi fuq il-Kunsilli Lokali. |
| Il-Gvern Laburista qieghed b'mod serju u pragmatiku jindirizza l-problemi | tal-Kunsilli Lokali, biex jirrendi l-istess Kunsilli effettivi u jkollhom l-opportunita' li jippjanaw ahjar l-progetti taghhom ghall-lokal. |
| Il-process ta' zvilupp huwa kontinwu, pero' l-ghan tal-Gvern | Laburista huwa li jkabbar il-fiducja tac-cittadini fil-Kunsilli Lokali. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901