Il-Ministru tas-Sahha Dr. Michael Farrugia jiltaqa' ma' ufficjali tal-GRTU
PR2195
18/12/1996
| Il-Ministru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja | t-Tabib Michael Farrugia ltaqa' ufficjalment mal-G.R.T.U. fil-Ministeru l-Belt. |
| Ghal din il-laqgha attendew ufficjali gholja tal-G.R.T.U. u gew | diskussi punti ta' nteress li jolqtu s-setturi tal-kummerc fil-qasam tas-sahha. |
| Il-Ministru Michael Farrugia semma l-kwistjoni li nholqot mill-gvern | precedenti dwar il-hrug ta' permessi ghal spizeriji. Huwa sahaq dwar il-bzonn li jsiru laqghat formali halli wara l-istudju necessarju, r-rizultat ahhari jkun ta' beneficcju ghac-cittadini Maltin kollha. |
| Il- Ministru Michael Farrugia issugerixxa li hu flimkien mal-Ministru | tal-Kummerc u s-Segretarju Parlamentari ghas-Self Employed jiltaqghu mal-GRTU u l-kamra tal-Ispizjara halli l-problema tal-permessi tal-Ispizjara tispicca. |
| Minn naha taghhom l-ufficjali tal-G.R.T.U. wrew sodisfazzjon | ghall-fatt li s-Sahha inghatat importanza fuq livell ta' Ministeru. Il-G.R.T.U. qalu li jittamaw li certi problemi li ghandhom x'jaqsmu mas-Sanita li jkunu jistghu jigu solvuti ahjar. |
| Fost affarijiet ohra l-ufficjali tal-GRTU tkellmu wkoll dwar il-'Health | Foods'. Il-Ministru Michael Farrugia qal li hemm bzonn jigu immodernizzati l-ligijiet u r-regolamenti fil-pajjiz halli jkunu jirriflettu z-zminijiet tal lum. |
| Il-Ministru Michael Farrugia temm id-diskors tieghu billi qal li | jkun lest jiddiskuti mal-G.R.T.U. u anki ma' ghaqdiet ohrajn affarijiet li jistghu jkunu ta' gid biex is-servizz tas-sahha f' Malta joghla fil-livell. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901