Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Finanzi dwar hatriet fuq Bordijiet Pubblici

PR2145
Date Icon 11/12/1996
Fil-harga tal-lum (11 ta' Dicembru) In-Nazzjon gab (fl-ewwelfaccata) rapporti dwar hatriet ta' diretturi f'bordijiet ta' kumpaniji li jaqghu fil-Ministeru li minnu bhalissa responsabbli jien. Xi kummenti minni f'dan l-istadju bikri nahseb li jkunu flokhom biex l-affarijiet ikunu izjed cari.
In-Nazzjon habbar, b'headline, li "Hu l-PrimMinistru 'Chairman' ta' Kordin Grain Terminal". Hu fatt li jien htart lis-Sur Michael Sant f'dik il-kariga. Hu fatt ukoll li s-Sur Sant inzerta hu l-Prim Ministru.
Fl-istess waqt hu fatt iehor li dan ghandu esperjenza twila udiretta fil-qasam. Huwa anki fatt li kien diga' qed iservi bhala direttur fil-Kordin Grain Terminal, mahtur mill-Gvern ta' qabel. Minn pariri li hadt minghand nies li jifhmu fil-qasam (il-fatt li huma ta' twemmin Nazzjonalista m'ghandux x'jaqsam), is-Sur Michael Sant kien addatat hafna ghal dil-kariga, fejn jista' jkompli jaghti servizz pubbliku.
F'rapport iehor fl-istess harga, fl-ewwel pagna wkoll, In-Nazzjonuza ir-ras "Jinhatar 'chairman' ex kandidat Laburista". Fil-kontenut tar-rapport gie indikat li dan hu s-Sur Harold Walls u ssemmew ukoll diretturi ohra, li n-Nazzjon qal "huma maghrufa ghar-relazzjonijiet qrib li ghandhom mal-Partit fil-Gvern".
L-ismijiet ta' dawk mahtura huma fatti. L-implikazzjoni, jekk dakli kienet, li nhatru minhabba xi konnessjoni, passata remota jew vicina, mal-Partit Laburista, hi bla bazi. Kieku, In-Nazzjon hares izjed lejn it-tahlita ta' kwalifiki, esperjenza, u settur tan-nies li semma, sew dawk li ralhom konnessjonijiet kif ukoll dawk li ma semmilhomx konnessjonijiet, kien isib li l-hatriet ma saru fuq ebda bazi politika, izda bil-ghan li n-nies mahtura jkunu jistghu jaghtu kontribut tajjeb.
Naturalment, kulhadd ghandu d-dritt jigbed il-konkluzjonijiet lijidhirlu, dwar dawn u hatriet ohra f'bordijiet, kumitati, ecc., u m'iniex se noqghod iwiegeb ghal kull wahda minnhom. Lanqas ma se noqghod naghmel paraguni ma' uhud mill-hatriet ta' l-imghoddi.
Lil kull min serva u mhux se jservi izjed, f'isem il-poplu nghidlugrazzi tas-servizz li ta.
F'dal-kazi li semma "In-Nazzjon" u ohrajn, lil min sejibqa jservi, jew ghadu se jibda, nghidlu grazzi wkoll, waqt li ntenni xi haga maghrufa bizzejjed: min jinhatar, jinhatar halli jaghmel hiltu biex igib 'il quddiem l-azjenda. Fl-interess taghha u tal-pajjiz kollu, u ta' ebda partit.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow