Il-Ministru tas-Sahha, Dr. Michael Farrugia jindirizza Seminar ghall-Anzjani
PR2102
05/12/1996
| Il-Ministru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja | Michael Farrugia ndirizza Seminar ghall-Anzjani organizzat mill-Ghaqda tal-Penzjonanti fi hdan il-General Workers Union u l-Friedrich Ebert Stiftung gewwa l-lukanda Preluna f' tas-Sliema. |
| It-Tabib Farrugia beda d-diskors tieghu billi qal li ghal kemm | wiret dipartiment li suppost huwa 'unbeatable', il-fatti juru mod iehor. Fejn jidhol tberbieq ta' flus it-Tabib Farrugia qal li dan kien isir bla ebda kontroll. |
| Il-Ministru Farrugia tkellem fuq id-diversi servizzi moghtija | fil-kura primarja u l-bzonn li hadd ma jabbuza mis-servizzi moghtija. Barra minn hekk, huwa semma l-bzonn li c-cittadini Maltin jigu edukati kif jaghmlu uzu tajjeb mis-servizzi ta' tobba, spizeriji ecc. |
| Dwar il-kura fl-isptarijiet, il-Ministru Michael Farrugia semma l-bzonn | ta' job description ta' l-impjegati kollha kif ukoll li kulhadd ikun accountable. Huwa sahaq fuq il-bzonn ta' management modern u efficjenti. |
| Dwar l-Isptar San Raffaele, il-Ministru Michael Farrugia qal li | ghalkemm dan il-bini kien hemm stima ta' kemm jista jigi jiswa, ma kien sar l-ebda studju dwar ir-running cost tieghu. |
| It-tabib Michael Farrugia semma kif minn mistoqsija li saret minn | gurnalist ta' radju lokali lil diversi studenti tal-medicina deher car li dawn huma favur sptar wiehed bil-facilitajiet kollha u m'humiex favur li s-servizzi medici jkunu parti f'Tal-Pieta u parti f'Tal-Qroqq. |
| Il-Ministru Michael Farrugia spjega lil dawk prezenti kif diversi | rapporti li jixxandru minn certi stazzjonijiet tar-radju u l-P.B.S. mhux dejjem jaghtu stampa cara ta' dak li jkun intqal. |
| Bhala ezempju, il-Ministru Michael Farrugia semma li huwa qatt ma | qal li jrid inehhi t-tfal mill-iskola primarja tal-Pieta, izda li kienu ser isiru tahdidiet dwar il-possibilita li d-Dipartiment tas-Sahha jaghmel uzu mill-iskola filwaqt li jinsab post alternattiv f'tal-Pieta ghall-iskola primarja u ta' dawk neqsin mis-smiegh. Dan dejjem wara li jkunu saru l-laqghat kollha mal-partijiet kkoncernati nkluz il-Kunsill Lokali tal-Pieta. |
| Il-Ministru Farrugia temm id-diskors tieghu billi stieden lill-dawk | prezenti biex jaghtu s-suggerimenti taghhom biex is-servizz tas-sahha jkun jista joghla fil-livell tieghu u b'hekk jibbenifikaw ic-cittadini Maltin kollha. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901