Left arrow Go Back

Il-Ministru ta' l-Industrija jordna li jigu pubblikati l-Ezenzjonijiet Ad Hoc mil-Levy skond il-Ligi

PR2088
Date Icon 04/12/1996
Skond il-Local Manufacturers (Promotion) Act, 1989, l-ezenzjonijietah hoc mill-hlas tal-levy iridu jigu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern fuq ordni tal-Ministru responsabbli mill-Industrija. Peress li f'dawn l-ahhar seba' snin din l-ordni qatt ma nghatat, id-Dipartiment ta' l-Industrija informa lill-Ministru ta' l-Industrija prezenti, l-Onor. Dr. John Attard Montalto, bin-nuqqas ta' direzzjoni li kienet tezisti.
Minnufih nghatat l-ordni u bdew it-thejjijiet sabiex jigupubblikati l-ezenzjonijiet ad hoc kollha minn meta dahlet fis-sehh il-ligi. Id-Dipartiment ta' l-Industrija issa ghandu ordni cara sabiex perjodikament, u skond il-ligi, jippublika dawn l-ezenzjonijiet kif mehtieg.
Meta l-Ministru Attard Montalto gie mistoqsi ghaliex fl-imghoddidawn l-ezenzjonijiet ad hoc ma kienux jigu pubblikati, hu rrisponda li seta' jaghti l-kaz li ma kienx fl-interess ta' xi applikanti li jigu mxandra li kienu qeghdin jinghataw ezenzjonijiet ad hoc, u dan sabiex ma jinholoqx dizgwid ma kompetituri fl-istess oqsma partikolari.
L-ezenzjonijiet mill-1989 (meta dahlet fis-sehh il-ligi) sa Ottubru1996 (meta nbidel il-Gvern) jammontaw ghal kwazi elfejn, u biex jigu pubblikati kollha kien hemm bzonn li tohrog edizzjoni specjali tal-Gazzetta tal-Gvern.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow