Il-Ministru Buhagiar f'Laqgha mal-Kamra tal-Periti u l-Inginiera Civili
PR2086
04/12/1996
| Il-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni il-Perit | Charles Buhagiar, fl-laqgha li kellu mall-Kamra tal-Periti u Inginiera Civili, qal li fi hdan id-Dipartiment il-gdid ta' l-Industrija tal-Bini li jaghmel parti mill-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, ser ikun hemm unit dwar ir-regolamenti godda tal-bini li hu ippjanat li jigi fis-sehh fi ftit xhur ohra. |
| Il-Ministru spejga lill-membri tal-kamra li dan il-unit se | jinkorpora fih inspettorat sabiex jassigura l-implimentazzjoni tar-regolamenti tal-bini. Il-Ministru qal li s-sitwazzjoni illum il-gurnata hija li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, filwaqt li hadet maghha is-sezzjoni ta' l-ispetturi tal-bini minn mad-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici, riorganizzat din is-sezzjoni f'EnforcementOfficers li r-rwol taghhom m'ghadux aktar li jassiguraw li r-regolamenti tal-bini qed jigu mharsa imma li jaraw li r-regolamenti tal-permessi ta' l-izvillup ma jigux miksura. Konsegwenza ta' dan kollu illum qeghdin f'sitwazzjoni li m'hemm hadd responsabbli mir-regolamenti tal-bini. |
| Il-Ministru Buhagiar qal li l-periti wkoll ser ikollhom | rapprezentant fil-Working Groups tal-Kunsill Konsultattiv ghall-Industrija tal-Bini. Fil-laqgha gie diskuss il-formazzjoni tal-Kunsill skond il-ligi tal-periti. Il-Kamra tal-Periti ipproponiet lill-Ministru, iz-zewg membri minn naha taghha skond il-ligi. Prezenti ghall-laqgha kien hemm fost ohrajn, is-Sur Alex Torpiano, il-perit Vince Cassar u s- Sur Tony Fenech Vella. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901