Pjanijiet ghal Auberge de Baviere diskussi mill-Ministru Charles Buhagiar ma' l-Ambaxxatur Germaniz waqt zjara fil-Berga tal-Baviera
PR2079
03/12/1996
| Il-Germanja lesta tghin lil Malta f'dik li hija rijbilitazzjoni | tal-Berga tal-Baviera. Din l-informazzjoni harget waqt zjara li l-Ministru Charles Buhagiar ghamel mal-Ambaxxatur ghall-Germanja, Herr Gohard Kunz fil-Berga tal-Baviera. |
| Il-Ministru Buhagiar ipprezenta rapport lill-Ambaxxatur Kunz dwar | l-istat attwali ta' din il-Berga w il-bzonnijiet li ghandha. Il-Ministru Buhagiar qal li dan ir-rapport li sar mill-Architecture and Engineering Department li jaqa' taht il-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, juri l-bzonn immedjat li l-Berga tal-Baviera tigi rijabilitata mill-aktar fis possibli, specjalment kantuniera mill-faccata. Il-Ministru Buhagiar qal li l-Housing Department fl-inter tieghu li kien alloggjat fil-Baviera ser jigi akkomodat post iehor. Il-Ministru spjega kif il-Berga, li ghandha tant konnessjoni mal-Germanja, tista tkun uzatha bhala lok li jesponi r-relazzjonijiet storici ta' Malta w il-Germanja fi zmien il-Kavallieri. Fil-fatt hemm pjanijiet li jsir spettaklu awdjo-viziv ghal dan il-ghan. |
| Minn naha tieghu l-Abaxxatur Germaniz l-Ecc. Gohard Kunz qal li | dawn il-pjanijiet zgur se jghinu ir-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi u li hu ser jaghmel dak kollu possibbli biex iressaqhom quddiem l-awtoritajiet Germanizi. |
| Matul din iz-zjara il-Perit John Sciberras dawwar lill-Ministru | Buhagiar u lill-Ambaxxatur Kunz madwar il-Berga u spjega kif il-Berga ghandha potenzjal tajjeb biex tilhaq dan il-ghan kulturali barra li issservi bhala ufficcju minn fejn tigi mmaniggjata l-propjeta' kollha tal-gvern. Huwa qal li il-Ministeru diga ghandu periti li qed jistudjaw mill-qrib il-pjanijiet ghall-Baviera. |
| Prezenti ghal din iz-zjara kien hemm ukoll is-Sur A. Gouder id-Direttur | ta' l-Artijiet, is-Sur Ray Bondin mill-Valletta Rehabilitation Project u s-Sur John Bonnici is-Segretarju Permanenti. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901