Left arrow Go Back

Infurzar tal-Ligi tal-V.A.T.

PR2068
Date Icon 03/12/1996
Hemm min qieghed iwassal lill-Ministeru ghall-Affarijiet Ekonomiciu Finanzi, u wkoll lill-Ministru Lino Spiteri, ilmenti dwar l-infurzar strett tal-VAT.
Sakemm din it-taxxa tigi mibdula f'sistema ohra, u sakemm jingabardak li jkun dovut lill-Gvern sa dak iz-zmien, il-provedimenti tal-Ligi tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud iridu jibqghu jigu implimentati bla heda jew laxkezza. Il-Ministru Spiteri, malli ha l-kariga, ta struzzjonijiet lill-Kummissarju tal-V.A.T., biex dan isir. Minnufih u bla eccezzjoni. Il-Ministru ta l-istess struzzjonijiet dwar il-hrug ta' prospetti tal-V.A.T.
Il-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Finanzi jrid jaghmilhacara li dawn l-istruzzjonijiet jibqghu jghoddu, u jkopru kull aspett - minn hrug ta' prospetti sa infurzar skond il-ligi. L-obbligu li kulhadd joqghod ghall-provvedimenti tal-ligi kif inhi ma jitbiddel bl-ebda mod mill-fatt li 'l quddiem se tidhol sistema ohra.
Is-sistema alternattiva zgur mhix se tkun mahsuba biex taghti xisulliev lil min irid ikun fiskalmnet immorali. Il-moralita' fiskali - dik li kulhadd ihallas u jghaddi lill-Gvern dak li hu dovut minnu - trid tipprevali kemm issa, taht kull ligi relevanti, kif ukoll 'l quddiem.
Min jipprova jitfa' dubju dwar dan, ikun qieghed jimxi b'modsocjalment irresponsabbli. Dan ikun qed jaghmlu bi hsara mhux ghall-Gvern, izda ghall-istess socjeta' u l-fibra morali taghha.
Min ihoss li ghandu xi oggezzjoni x'jaghmel jew jappella fuq ximizura mehuda kontrieh mid-Dipartiment tal-Vat ghandu l-mezzi skond l-istess ligi biex jaghmel dan.
Ghal min mhux car bizzejjed dwar il-qaghda tieghu, u ghal min iridiressaq xi ilment genwin, il-Ministru responsabbli ta struzzjonijiet biex id-Dipartiment isahhah il-gwida li joffri b'UNIT kompatt mahsub biex jilqa' nies bhal dawn u jfissrilhom il-qaghda taghhom, u jiggwidahom ghall-ahjar soluzzjoni.
Dan il-Unit ikun miftuh bejn is-1.30 p.m. u l-5.00 p.m., mit-Tnejnsal-Gimgha, u ghal min irid jasal tassew f'xi arrangament ragonevoli bla ma tinghata diskrezzjoni lil hadd, li mhix permessa mil-ligi. Il-Unit qieghed fid-dipartiment tal-Vat stess. Kull referenza trid issir lilu biss. Il-Ministeru se jiehu wkoll passi biex ikun jista' jinhatar Bord ta' l-Appell iehor b'zieda ma' li hemm halli s-smigh ta' l-appelli jkun jista' jimxi izjed.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow