Ufficjali mill-U.H.M. izuru lill-Ministru Joe Mizzi
PR2051
29/11/1996
| Ufficjali mill-Union Haddiema Maghqudin immexxija mill-Vici | President, is-Sur Mario Darmenia, u akkumpanjati mill-Assistent Segretarju Generali u s-Segretarji tat-Taqsimiet Dipartimentali, Servizz Pubbliku, u Sptarijiet, illum ghamlu zjara ta' kortesija lill-Onor. Joe Mizzi, Ministru minghajr Portafoll fl-Ufficcju tal-Prim Ministru. |
| Il-Ministru Mizzi radd hajr lill-Ufficjali tal-U.H.M. ghaz-zjara | tal-lum u irringrazzjahom ta' l-awguri taghhom. Huwa kompla ighid li jemmen li l-impenn tal-Gvern li jisma' u jitkellem mas-setturi koncernati qabel ma jittiehdu decizjonijiet ta' importanza nazzjonali, zgur ser iwassal biex verament tissahhah il-klima ta' paci industrijali f'pajjizna. |
| Min-naha taghhom ir-rapprezentanti tal-U.H.M. qablu ma' dak li qal | il-Ministru u qalu li kienu lesti li jahdmu mal-gvern prezenti ghall-gid tal-haddiema. F'dan il-waqt, l-Assistent Segretarju Generali elenka lista ta' punti li xtaqu 'l quddiem jigu diskussi ma' l-amministrazzjoni. |
| Fl-ahhar, il-Ministru Mizzi rega' rringrazzja lill-ufficjali | tal-U.H.M. u accertahom li ser ikun dejjem dispost li jisma' l-ilmenti u l-pariri taghhom. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901