Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jichad rapporti f'gurnali lokali
PR2024
27/11/1996
| Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent jichad | kategorikament rapporti li dehru f'sezzjoni ta' l-istampa Maltija lokali, fejn intqal li l-Ministru George Vella, waqt intervista li saritlu fi Brussels, gie kkwotat li qal li s-shubija ta' Malta tista' tigi riveduta biss jekk pajjizi bhall-Isvizzera u l-Awstrija jimmodifikaw il-pozizzjoni taghhom dwar in-newtralita'. |
| Il-Ministeru jinnota li kumment bhal dan ma jaghmel ebda sens, u | jichad li diskors bhal dan qatt ntqal mill-Ministru Vella. |
| Il-Ministeru jinnota wkoll b'dispjacir li kelliema ufficjali kemm | tal-Gvern Svizzeru kif ukoll dak tal-Gvern Awstrijak, gew imqarrqa meta gew mistoqsija jirreagixxu ghal xi haga li qatt ma ntqalet minn min huwa allegat li qalha. |
| Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent se jgharraf | liz-zewg pajjizi li min ghamel kuntatt maghhom agixxa b'mod irresponsabbli u se jgharrafhom ukoll li, kuntrarju ghal dak li gie allegat, ma jara ebda konnessjoni mad-decizjonijiet li jiehu l-poplu Malti, u l-mod kif iharsu lejn in-newtralita' taghhom kull pajjiz newtrali, inkluzi l-Awstrija u l-Isvizzera. |
| Il-Ministeru appella ghal gurnalizmu aktar informat, aktar serju, | anqas pregudikat u anqas partiggjan, specjalment fejn jidhlu issues ta' natura nazzjonali. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901