Skema gdida biex tittaffa l-problema ta' nuqqas ta' ghalliema fl-iskejjel ta' l-istat
PR1911
15/11/1996
| Waqt laqgha bejn il-Fakulta' u d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni | ntlahaq qbil li studenti li qed isegwu kors ta' PGCE jinghataw 'load' ta' taghlim tul il-kors kollu u mhux biss waqt it-teaching practice. Dan ser isir b'mod li ma jkunx hemm telfien ta' lectures ghal dawn l-istudenti u fl-istess hin tittaffa ftit il-problema ta' nuqqas ta' ghalliema fl-iskejjel ta' l-istat. |
| Il-Ministru Evarist Bartolo jixtieq jirringrazzja lis-Segretarju | Permanenti tal-Ministeru, is-Sur J. Curmi, lid-Direttur Generali, s-Sur F. Fearne, lir-Rettur ta' l-Universita', il-Professur R. Ellul Micallef, lid-Dekan tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni, l-Professur K. Wain, kif ukoll lill-kollegi tieghu kollha ta' l-ghajnuna taghhom. |
| Figuri migbura mid-Dipartiment juru li qabel ittiehdet din id-decizjoni | kien hemm nuqqasijiet f'bosta suggetti fosthom 220 lezzjoni tal-Fizika, 190 lezzjoni tal-Matematika, 108 lezzjoni tax-Xjenza, 82 lezzjoni tal-Malti u 52 lezzjoni tat-Taljan, fost l-ohrajn. Bl-introduzzjoni ta' l-iskema l-gdida bosta minn dawn il-lezzjonijiet issa qed jinghataw u baqa' biss ftit lezzjonijet, fosthom tal-Graphical Communications, Studju tal-Kompjuter u Fizika li ghad ma nstabux ghalliema ghalihom. |
| Il-Ministru Bartolo wera t-thassib tieghu li ghad baqa' dawn in-nuqqasijiet | kif ukoll ohrajn fil-livelli Post Sekondarji, Junior Lyceum u Skejjel tas-Snajja' u ser ikompli bl-isforzi tieghu biex l-istudenti kollha jkollhom ghalliema bizzejjed. |
| Ghal dan il-ghan il-Ministru Bartolo ser isejjah laqgha mal-Malta | Union of Teachers, il-Fakulta ta' l-Edukazzjoni u ufficjali tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex flimkien jiflu s-sitwazzjoni u jsibu soluzzjonijet kemm 'short term' kif ukoll 'long term' ghal problema tan-nuqqas ta' ghalliema. |
| Wahda mill-issues li ser tigi diskussa hija kif gradwati | godda jigu mhajjra jghallmu fi Skejjel Primarji. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901