Left arrow Go Back

Il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd jattendi l-Konferenza Dinjija dwar l-Ikel

PR1899
Date Icon 14/11/1996
Il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, Noel Farrugia, il-bierahattenda ghall-ftuh ufficjali tal-Konferenza Dinjija dwar l-Ikel li qeghda ssir f'Ruma u li ghaliha qed jattendu numru kbir ta' Kapijiet ta' Stat u Gvernijiet, Ministri ta' l-Agrikoltura u diversi Ministri ohra.
Wara li saru diskorsi mill-Papa Gwanni Pawlu t-Tieni; l-Presidentta' l-Italja, Oscar Luigi Scalfaro; s-Segretarju Generali tal-Gnus Maghquda, Boutros Boutros-Ghali; u l-Prim Ministru Taljan Romano Prodi, Malta nghaqdet ma' pajjizi ohra fl-addozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Ruma dwar is-Sigurta Dinjija ta' l-Ikel u l-Pjan ta' Azzjoni.
Il-Ministru Farrugia ltaqa' ma' numru ta' Ministri ta' l-Agrikolturafosthom dawk ta' New Zealand, tan-Namibja u tan-Norvegja. Matul dawn il-laqghat, il-Ministru Farrugia ha l-okkazjoni sabiex jispjega l-politika gdida tal-Gvern fil-qasam agrikolu u l-possibilta' ta' ko-operazzjoni bejn Malta u dawn il-pajjizi. Fil-jiem li gejjin il-Ministru Farrugia hu mistenni jiltaqa' ma Ministri ohra fosthom dawk tal-Germanja, ta'l-Arabja Sawdita, ta' l-Olanda u tal-Libja.
Il-Ministru Farrugia kellu tahditiet ukoll mas-Segretarju ta' l-Agrikolturata' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, Dan Glickman, fejn giet diskussa l-possibilta' ta' zjara f'Malta fil-gejjieni. Il-Ministru ha l-oppportunita li jaghmel konoxxenza tad-Direttur Generali tal-FAO, l-E.T. Jacques Diouf.
Il-Ministru ltaqa' wkoll ma' l-Ambaxxatur ta' Malta ghall-Italja,s-Sur Charles Aquilina, mar-rapprezentant Permanenti ta' Malta ghall-FAO, Dr. Francis Montanaro Mifsud, u ma' l-Istaff kollu ta' l-Ambaxxata Maltija f'Ruma. Hawnhekk, il-Ministru Farrugia ddiskuta il-progetti dwar l-agrikoltura li jaqghu taht it-Tielet Protokol ma' l-Italja u r-rwol ta' Malta fl-FAO.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow