Bdil ta' taghmir fl-Impjant tar-Reverse Osmosis ta' Lapsi
PR1896
14/11/1996
| Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-ilma ser twettaq xoghlijiet ta' | bdil ta' taghmir fl-impjant tar-Reverse Osmosis ta' Lapsi. Dan ix-xoghol jitlob il-waqfien ta' l-impjant ghal madwar hmistax-il gurnata u matul dan iz-zmien se tittiehed l-oppportunita biex isir xoghol iehor ta' manutenzjoni. |
| Dan il-programm ta' xoghlijiet ser jitwettaq bejn it-19 ta' | Novembru u t-3 ta' Dicembru. Minhabba li l-produzzjoni ta' l-ilma minn dan l-impjant ser tkun wieqfa, il-provvista ta' l-ilma f'certi lokalitajiet ser tkun affetwata. |
| Ix-xoghlijiet ser jikkonsistu fl-installazjoni ta' taghmir, li huwa | teknologikament avvanzat, fis-sistema tal-kontroll ta' l-impjant. Dan it-taghmir ser jinbidel ma apparat li kien gie originarjament installat fl-1982. Ser isir ukoll xoghol strutturali u kisi minn gewwa fil-gibjun ta' l-ilma bahar li jesa madwar 220,000 gallun. Matul dan il-perjodu qasir gie wkoll ipprogrammat manutenzjoni generali specjalment fil-makkinarju u fl-apparat ta' l-energija elettrika ta' l-impjant. |
| Il-Korporazzjoni hadhet hsieb li timmanigja d-distribuzzjoni ta' l-ilma | fuq skeda ta' programmazzjoni. Matul dawn il-gimghatejn il-provvista tista tkun sospiza jew bi pressa baxxa fi granet u hinijiet specifici. |
| Il-lokalitajiet effetwati huma:-Luqa, Santa Lucija, Paola, Fgura, | Tarxien, Kirkop, Gudja, Zejtun, Xghajra, Rikasli, Marsaxlokk, Delimara, Bulebel, Zabbar, Kalkara, Marsaskala, Albert Town, il-Biccerija, Isla, Bormla, Birgu, Zebbug, Zurrieq, Safi, Hal Far. |
| Il-Korporazzjoni hejjiet skeda sabiex tnaqqas l-inkonvenjenza | tas-sospensjonijiet ta' ilma. Matul dawn il-gimghatejn id-distibuzzjoni ta' l-ilma ser tkun dipendenti fuq il-hazna ta' l-ilma taht l-art mill-pumping station f'Ta' Kandja u mit-trasferiment tal-produzzjoni ta' l-ilma mill-impjant tar-reverse osmosis ta' Pembroke. Dan il-programm ta' sospensjonijiet kellu jitwettaq minhabba li r-riservi ta' l-ilma, li huma mahzuna fil-gibjun tal-Qrendi, m'humiex bizzejjed biex ilahhqu mad-domanda. |
| Hemm il-possibilta li l-kwalita ta' l-ilma tista tkun affetwata | minhabba li l-provvista ser tkun generata mill-hazna ta' l-ilma mill-pumping station. |
| F'dan il-programm ittiehdet wkoll in konsiderazzjoni biex l-oqsma | industrijali ta' Bulebel u Rikasli ma' jkunux milquta bejn it-Tnejn u l-Gimgha. Ghaldaqstant l-ewwel sospensjoni fil-provvista, f'dawn iz-zoni, hija ppjanata s-Sibt 23 ta' Novembru filwaqt li t-tieni sospensjoni hija programmata ghall-Gimgha 29 ta' Novembru fl-4.00 p.m. |
| Il-Korporazzjoni hadet hsieb li tniedi kampanja ta' informazzjoni | fuq il-mezzi tax-xandir partikolarment fil-gurnali u fuq ir-radju. L-iskeda tas-sospensjonijet tista' tvarja minhabba ragunijiet teknici. |
| Huwa importanti li qabel u matul dan il-perjodu l-konsumaturi ma | jahznux kwantitajiet ta' ilma zejda ghaliex din tista taffetwa l-programm ta' sospensjonijiet, kif ukoll jaghmlu uzu ghaqli mill-ilma u jevitaw il-hela. |
| Il-Korporazzjoni qed toffri servizz tal-"freephone" | fuq in-numru 0800 77 2322 sabiex ikunu jistghu jinghataw taghrif gurnata b'gurnata tal-programm ta' l-immaniggjar tal-provvista ta' l-ilma. Dan is-servizz huwa miftuh mit-Tnejn sal-Gimgha, bejn it-8.00 a.m. u 12.15 p.m. u s-1.00 p.m. u l-4.30 p.m. u s-Sibt u l-Hadd bejn it-8.30 a.m. u nofsinhar. |
| Din hija l-iskeda tal-programm tas-sospensjonijiet fil-provvista ta' | l-ilma:- |
Luqa - Santa Lucia - Paola - Fgura - Tarxien
Kirkop - Gudja - Zejtun - Marsaxlokk - Delimara - Zabbar - Xghajra - Rikasli - Kalkara - Marsaskala - Albert Town - Biccerija - Isla - Parti minn Bormla
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901