Stqarrija mill-Minister ghas-Sahha, Kura tal-Anzjani u Affarijiet tal-Familja
B'riferenza ghall-artiklu li deher fil-gurnal "In-Nazzjoni" bid-data 5 ta' Novembru, 1996, taht it-titlu "Posposta s-sejha ghall-offerti", irid jinghad illi l-messagg baziku ta' dan l-artiklu kif muri mill-istess titlu, jigifieri li s-sejha ghall-offerti ghat-taghmir mediku kellha tohrog f'dawn iz-zminijiet u giet posposta, ma jaqbilx mal-fatti. Il-kittieb ta' l-artiklu seta' facilment jikkonferma dan kieku kkonsulta ma' min sa ftit ilu kien involut f'dan il-progett mill-qrib.
Il-pozizzjoni kif hallietha l-amministrazzjoni Nazzjonalista sad-data ta' l-elezzjonijiet generali kienet li trid issir evalwazzjoni teknika tad-disinji li kienu saru, jigu kkonsultati l-esperti Maltin fi hdan id-Divizjoni tas-Sahha u mbaghad tkun tista' tohrog it-talba ghall-offerti. Il-Fundazzjoni Maltija ghax-Xjenza u Servizzi Medici kienet waqqfet kumitat biex jikkordina dan ix-xoghol u dan ghad ghandu l-istess inkarigu sakemm ma jircevix struzzjonijiet ohra.
Il-Partit Laburista fil-programm elettorali tieghu kien qal li jistudja u jevalwa l-kwistjoni kollha dwar dan l-isptar u mbaghad jaghmel id-decizjonijiet necessarji. Fil-waqt li dan il-process beda jsir, il-Gvern ghadu ma tax direttivi differenti mill-Amministrazzjoni ta' qabel.
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891