Left arrow Go Back

Il-Ministeru ghall-Harsien Socjali jwiegeb rapport pubblikat f'In-Nazzjon

PR1822
Date Icon 07/11/1996

B'referenza góal artiklu intitolat "Bosta jirreíistraw biex isiru messaííiera jew drivers", ippubblikat fil-óaría tal-íurnal 'In-Nazzjon' tas-6 ta' Novembru 1996.

Assolutament m'humiex minnhom l-allegazzjonijiet li saru mill-íurnal imsemmi li "wara l-bidla fil-Gvern...eríajna bdejna bil-kjuwijiet tan-nies jirreíistraw góax-xogóol". Assolutament m'huwiex minnu lanqas li "mill-ewwel jiem tal-Gvern il-ídid bosta bdew imorru fl-uffiððji tal-Korporazzjoni góax-Xogóol u Taórií (ETC) f'Hal Far biex jibdew jirreíistraw".

Li kieku il-íurnal 'In-Nazzjon' ivverifika mað-Chief Executive tal-Korporazzjoni góax-Xogóol u Taórig, zgur li ma kienx jasal góall-konkluújonijiet úbaljati li wasal góalihom.

Il-fatti juru li l-anqas numru ta'nies jirreíistraw góax-xogóol matul l-1996, íie reíistrat f'Mejju meta kien hemm 4,987 persuna bla xogóol. Dan in-numru údied sostanzjalment fix-xhur kollha ta'wara. Bejn Mejju u Awissu kien hemm úieda ta'443 persuna jirreíistraw góax-xogóol u bejn Awissu u Ottubru kien hemm úieda ta'198 persuna jirreíistraw. B'hekk, minn Mejju sa'Ottubru 1996 taht Gvern Nazzjonalista, il-qagóad údied b'641 jew 12.8 fil-mija u b'hekk laóaq ið-ðifra ta' 5,628, kif jidher f'tabella 'A'.

Tabella 'A': Kif údied l-ammont ta'nies jirreíistraw góax-xogóol bejn Mejju-Ottubru 1996

XAHAR NIES JIRREÍISTRAW ÚIEDA

Mejju 1996 4987 ----

Awissu 1996 5430 443

Ottubru 1996 5628 198

Jirriúulta wkoll li mit-28 ta'Ottubru 'l hawn, kien hemm 77 persuna li irreíistraw bóala deliveryman jew driver u 16-il persuna li irreíistraw bóala messaííiera. Dan huwa numru normalissimu meta tqis li dawn it-tipi ta' xogóol jagómlu parti mis-semi skilled jew unskilled occupations. Fil-fatt, l-akbar persentaíí ta'dawk li jirreíistraw góax-xogóol dejjem ikun minn dawn il-kategoriji ta'xogóol. Barra minn hekk, f'dan il-perjodu kienu biss 50 persuna li irreíistraw góax-xogóol góall-ewwel darba, meta f'Mejju dawk li irreíistraw góall-ewwel darba kienu 75, f'Íunju 75 ukoll, f'Lulju 229, f'Awissu 138, f'Settembru 148 u f'Ottubru 140, kif jidher f'tabella 'B'.

Tabella 'B': Ammont ta'nies li rreíistraw góall-ewwel darba minn Mejju l'hawn.

XAHAR AMMONT

Mejju 1996 75

Gunju 1996 75

Lulju 1996 229

Awissu 1996 138

Settembru 1996 148

Ottubru 1996 140

Mit-28 ta'Ottubru 1996 'l hawn 50

Dan kollu juri li assolutament m'huwiex minnu dak li allega il-íurnal 'In-Nazzjon' li "l-góadd ta'dawn il-persuni li ta'kuljum qed imorru fl-ETC hu konsiderevoli u preokkupanti" jew inkella li jirriúulta li óafna minnhom qed imorru jirreíistraw góall-ewwel darba. Il-fatti juru li n-numru ta' nies li irreíistraw góall-ewwel darba mill-bidla tal-Gvern 'l hawn kienet óafna anqas mill-medja ta'l-aóóar óames xhur tal-Gvern Nazzjonalista.

Tajjeb li jingóad ukoll li l-Korporazzjoni góax-Xogóol u Taórig qed tattribwixxi iú-úieda li kien hemm fil-qagóad bejn Mejju u Ottubru lil tlett fatturi ewlenin; it-tmiem tal-istaíun turistiku tas-sajf, il-fatt li 13-il kumpanija jew góalqu inkella naqqsu in-numru ta'óaddiema magóhom, u t-tnaqqis fir-ritmu ta' l-ekonomija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow