Il-Minitru tal-Kummerc jiltaqa' ma' dirigenti tal-LIMSUK
PR1812
07/11/1996
Il-Ministru ghall-Kummerc, Leo Brincat, illum kellu laqgha ma dirigenti gholjin tal-LIMSUK, il-joint venture Maltija-Libjana tas-supermarkets, fosthom ic-Chairman Asseid Ali Asseid.
Is-Sur Brincat sahaq dwar il-htiega li jigu zbukkati d-diffikultajiet u l-problemi li wasslu biex LIMSUK ilha ma tesporta merkanzija minn pajjizna minn Frar ta' l-1995.
Is-Sur Brincat tkellem ukoll dwar il-htiega li jitnaqqsu l-overheads eccessivi tal-kumpanija, kif ukoll dwar il-bzonn li fl-iqsar zmien possibli titjieb il-'profitability performance' taghha.
Matul iz-zjara taghha f'Malta, id-delegazzjoni Libjana kellha negozjati ma diversi ditti stabbiliti Maltin li huma interressati fis-suq Libjan.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901