Il-Ministru ta' l-Agrikoltura jiltqa' mas-Segretarju Parlamentari Ghal Ghawdex
Il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, s-Sur Noel Farrugia, illum kellu laqgha mas-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr Anton Refalo. Il-laqgha saret fl-Ufficcju tas-Segretarju Parlamentari, f'Victoria Ghawdex. Is-Sur Noel Farrugia kien l-ewwel Ministru taht din l-Amministrazzjoni li zar il-gzira t'Ghawdex.
Is-Sur Noel Farrugia u Dr. Anton Refalo ddiskutew il-hidma li hemm bzonn biex jissahhu u jigu organizzati ahjar l-oqsma tal-biedja u tas-sajd f'Ghawdex b'mod partikulari u ghall-avvanz ekonomiku tal-Gzejjer Maltin b'mod generali. Giet diskussa wkoll il-hidma, ko-ordinazzjoni u l-kollaborazzjoni futura fl-interess ta' dawn iz-zewg oqsma tant vitali ghal pajjizna.
Wara l-laqgha, is-sur Noel Farrugia u Dr Anton Refalo zaru lis-sajjieda fl-Imgarr, il-Biccerija fix-Xewkija, l-Afforestation f'Victoria u Kercem, farm tal-baqar u ohra tat-tjur, kif ukoll ta' Lambert fix-Xewkija.
Matul iz-zjara fil-Farm Sperementali fix-Xewkija, il-Ministru Noel Farrugia ghamel ghotja ta' zerriegha tal-basal bil-ghan li l-bdiewa u d-Dipartimenti ta' l-Agrikoltura f'Malta u f'Ghawdex jimpenjaw ruhhom sabiex jinkisbu r-rizultati mixtieqa fil-kwalita' tal-basal ghall-esportazzjoni.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901