Elezzjonijiet Kazwali 1996
Il-Kummissjoni Elettorali tavza li ser tircievi nominazzjonijiet ta' kandidati ghall-elezzjonijiet kazwali sabiex jimtlew il-postijiet li tbattlu mill-Onor. Guido DeMarco ghall-ewwel Distrett; l-Onor. George Vella ghat-Tielet Distrett; l-Onor. Louis Galea ghall-Hames Distrett; l-Onor. John Attard Montalto ghas-Seba Distrett; l-Onor. Alfred Sant ghat-Tmien Distrett; l-Onor. Eddie Fenech Adami ghat-Tmien Distrett; l-Onor. Francis Zammit Dimech ghall-Ghaxar Distrett; l-Onor. Josef Bonnici ghall-Hdax-il Distrett; u l-Onor. Evarist Bartolo ghat-Tnax-il Distrett.
Dawk il-kandidati li kkontestaw l-Elezzjonijiet Generali tas-26 ta' Ottubru, 1996, fl-imsemmija distretti elettorali, u li ma gewx eletti bhala Membri tal-Kamra tad-Deputati izda ghandhom il-kwalifiki mehtiega biex jigu eletti, jistghu jipprezentaw in-nomina taghhom nhar l-Erbgha is-6, il-Hamis is-7, il-Gimgha it-8, is-Sibt id-9 u t-Tnejn il-11 ta' Novembru, 1996, fl-Ufficcju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Misrah Sant'Jiermu, Valletta, bejn l-10.00 a.m. u nofsinhar. Formoli tan-nomina jistghu jinkisbu mill-Ufficcju Elettorali waqt il-hinijiet ta' l-ufficcju.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901