Stqarrija mill-Ministeru ghall-Ikel, Agrikoltura u Sajd
Minkejja r-rapporti li kienu jaslu ghand il-poplu li kien qed isir l-upgrading mehtieg fil-Pitkalija Centrali f'Ta' Qali, fejn kien jinghad illi saru avvanzi kbar bl-immodernizzar ta' dan ic-Centru, fil-fatt jirrizulta li l-istess Pitkalija tinsab fi stat ta' abbandun u negligenza.
Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd l-Onorevoli Noel Farrugia wara li zar il-Pitkalija Centrali f'Ta' Qali bhala parti mill-hidma gdida tieghu fil-Ministeru.
Huwa kkritika kategorikament dawn in-nuqqasijiet li sehhew mill Amministrazzjoni l-ohra minkejja l-hafna tberbiq tal-flus. Il-Ministru Farrugia filwaqt li ghamel apologija mal-bdiewa, pitkala u xerrejja li jahdmu gewwa il-pitkalija ghall-istat ferm hazin li tinsab fih, appellalhom sabiex juru solidarjeta u mpenn bil-ghan li jsiru x-xoghlijiet mehtiega sabiex jerga' jintlahaq il-livell gholi fil-Pitkalija Centrali.
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891