L-Onor. Anton Refalo f'Laqghat ma' l-Isqof ta' Ghawdex u ma' l-Agent Direttur tal-Gozo University Centre
Il-Gimgha, 1 ta' Novembru 1996, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, l-Onor. Anton Refalo ghamel zjara ta' kortesija lill-Isqof ta' Ghawdex, Mons Nikol Cauchi fil-Palazz ta' l-Isqof f'Victoria, Ghawdex.
L-Onor Anton Refalo wassal lill-Isqof Cauchi it-tislijiet tal-Prim Ministru, Dr Alfred Sant. L-Isqof Cauchi u l-Onor. Anton Refalo ddiskutew diversi problemi socjali li qed jolqtu z-zghazagh Ghawdxin, fosthom il-problema kbira biex ikollhom darhom.
L-Isqof Cauchi awgura kull success lill-Onor. Anton Refalo fil-kariga gdida tieghu.
Fl-istess jum, l-Onor. Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex kellu zjara mill-Prof. Lino Brigulio, Agent Direttur tal-'Gozo Centre' ta' l-Universita' ta' Malta. L-Onor. Anton Refalo u l-Prof. Lino Brigulio ddiskutew il-qaghda prezenti u l-pjanjiet futuri ta' dan ic-Centru.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901