Il-Produzzjoni tad-Dundjani f'Malta
Il-produzzjoni tad-dundjani fil-gzejjer Maltin tinsab fl-aghar livell taghha tant li l-produzzjoni lokali ta' din is-sena zgur li mhux sejra tkun bizzejjed biex tlahhaq mad-domanda tal-konsumaturi u ta' l-istabbilimenti ta' l-ikel.
Sabiex ma jkunx hawn skarsezza ta' laham tad-dundjani ghall-festi tal-Milied u ta' l-Ewwel tas-Sena, inhass il-bzonn li tigi mpurtata kunsinna ta' laham tad-dundjani.
Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd, l-Onor. Noel Farrugia f'laqgha mal-produtturi tad-dundjani.
Matul din il-laqgha hareg car ukoll li f'dawn l-ahhar snin din l-industrija thalliet abbandunata u li l-problemi li kienu qeghdin jiffaccjaw il-produtturi, inkluza l-kwistjoni tal-prezzijiet iffissati, qatt ma gew irrangati.
Il-Ministru Farrugia impenja ruhu biex fil-gimghat li gejjien ikollu aktar laqghat mal-produtturi biex tinsab soluzzjoni ghall-problemi u b'hekk il-produzzjoni lokali tad-dundjani tikber biex ma jkunx hawn l-istess problemi ta' din is-sena.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901