Left arrow Go Back

Il-Ministru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija jwiegeb lill-Oppozizzjoni dwar it-Trasport

PR1748
Date Icon 24/10/1996
Il-Ministru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija, MichaelFrendo qal li l-Oppozizzjoni, fl-ahhar jiem qabel l-Elezzjoni Generali, qed johorgu b'hafna invenzjonijiet bla bazi u issa s-Sur Joe Debono Grech, kelliem ta' l-Oppozizzjoni dwar it-Trasport hareg bil-hrafa li d-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se jaghmel hsara lis-settur tal-karozzi tal-linja, lil taxis kif ukoll lis-sidien tal-coaches.
Il-Ministru Frendo sostna li bla dubju ta' xejn is-setturtat-trasport fl-Ewropa hu wiehed mill-aktar zviluppati fid-dinja u l-Unjoni Ewropea taghti attenzjoni partikolari ghal dan is-settur li hu krucjali hafna ghall-politika taghha dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent. Dan hu s-settur li hu importanti wkoll fil-qasam ekonomiku ghax jipprovdi diversi impjiegi.
Kien dan il-Gvern li beda l-process biex issir ir-riforma mehtiegafil-qasam tat-trasport, billi sahhah l-operaturi tal-coaches bl-ghoti ta' licenzji ghal coaches godda u ta' kwalita' ghal pajjizna u nehha wkoll ir-registration tax ghad-dhul ta' dawn il-coaches godda f'Malta.
L-attenzjoni u d-dedikazzjoni tal-hidma tal-Gvern f'dan is-settur,kif ukoll ir-rizultati miksuba diga' fil-qasam tat-trasport, huma prova ta' l-impenn tieghu biex ikmpli jizgura li dawk li jahdmu fil-qasam tat-trasport, ikollhom success fix-xoghol taghhom u jkunu jistghu jaghtu l-aqwa servizz lill-pubbliku.
Ma hemm ebda indikazzjoni u wisq anqas xi prova li d-dhul ta' Maltafl-Unjoni Ewropea jista' b'xi mod jolqot hazin lis-settur tat-trasport pubbliku anzi f'diversi pajjizi membri ta' l-Unjoni Ewropea dan hu settur b'sahhtu li qed ikompli jizviluppa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow