Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici dwar is-settur tat-Turizmu

PR1747
Date Icon 24/10/1996
B'referenza ghall-stqarrija li ghamel il-Kelliem Ewlienighat-Turizmu tal-Partit Laburista, il-Perit Karmenu Vella, ta` min jghid li l-Gvern prezenti gharaf isahhah is-settur tat-Turizmu u wasslu ghal livelli li kissru rekord wara l-iehor. Filwaqt li l-ghadd ta` turisti mill-1987 sa din is-sena, irdoppja, id-dhul minn dan is-settur ittripla. Issa wasal iz-zmien biex l-inizjattiva privata jkollha sehem aktar dirett u intimu fit-tmexxija tieghu. Il-Gvern qed iwieghed li jkun hemm Awtorita' li tinghata r-responsabilita' ghat-tmexxija tas-settur u li s-settur privat ikollu sehem dirett fiha.
Il-Partit fil-Gvern jemmen fl-inizjattiva privata u lest li juriaktar u aktar il-fiducja li ghandu fiha. L-inizjattiva privata gharfet l-importanza li timmira ghal kisba ta` turisti li jifilhu jhallsu izjed u, minn rajha, investiet f`lukandi five star, biex dan it-target jintlahaq. Politika li timmira "l-aktar ghal dawk tal-klassi medja" bhal ma jrid il-Perit Vella, tirrinunzja ghall-potenzjal li jezisti u li s-settur privat qed jimmira ghalih.
Il-Gvern prezenti jrid ikompli l-progress fuq il-firxa kollhatas-settur, izda jrid ukoll jaghti importanza ghall-izvilupp tal-qasam li jirrendi l-aktar. U jrid li tkun l-intrapriza privata li tissieheb biex dan il-potenzjal jinkiseb b`risq il-Maltin li jahdmu f`dan is-settur u ghal vantagg tal-poplu Malti li jgawdi mid-dhul li jigi minn dan il-qasam.
Il-qasam turistiku kompla jissahhah bl-introduzzjoni tat-'TourOperatorsSupport Scheme', sistema aktar flessibli minn dik tal-'Forward Buying Rate'. Din l-iskema diga' qeghda taghti l-frott u hu mistenni li x-xitwa li gejja Malta jkollha zieda fit-turizmu fuq ix-xitwa li ghaddiet. Il-'bookings' ghax-xitwa li gejja juru zieda ta' 15% .
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow