Left arrow Go Back

Inawgurata Air Rifle u Air Pistol Range fil-Bidnija Shooting RangeInawgurata Air Rifle u Air Pistol Range fil-Bidnija Shooting Range

PR1743
Date Icon 23/10/1996
Il-Ministru tal-Íustizzja u Kultura, Michael Refalo, li hu wkollresponsabbli góall-isport, illum inawgura l-"air rifle" u "air pistol range" ídid li íie mibni fl-impjant tal-Malta Shooting Federation, il-Bidnija.
Ir-range nbena u íie mgóammar mill-Malta Shooting Federation lingóatat Lm25,000 biex twettaq il-proíett. Skond il-politika ídida tal-Gvern il-pagamenti saru hekk kif kien qed isir ix-xogóol u impurtat it-tagómir filwaqt li l-aóóar góotja tal-bilanð saret mill-Ministru Refalo waqt ið-ðerimonja ta' inawgurazzjoni.
Fid-diskors tiegóu l-Ministru Refalo fakkar li f'dawn l-aóóarsnin il-gvern investa miljuni fl-isport u li góall-Logóob tal-Pajjiúi ú-Úgóar kienu nbnew góadd ta' faðilitajiet sportivi ta' livell internazzjonali fosthom ir-range tal-Bidnija. Minn dak iú-úmien 'l hawn Malta bdiet tilqa' logóob u gari internazzjonali u l-livell ta' l-isport lokali u nazzjonali góola. Fl-istess óin góadd ta' clubs bdew isaóóu l-impjanti u t-tagómir tagóhom u qam interess ídid fl-isport ta' l-isparar góalkemm dan kien limitat góad-dixxiplina tal-plattini (clay pigeon - trap u double trap u skeet).
Kull meta l-atleti Maltin óadu sehem internazzjonalment dejjem óaríuta' ríiel u jekk ma íewx lura rebbieóa b'unuri dejjem óadu sehem b'unur. Hawn il-Ministru sellem lill-mibki Wenzu Vella li miet dan l-aóóar.
"Dan góalina fisser li hemm potenzjal kbir f'dan l-isport uli kien hemm búonn nisfruttawh bl-aójar mod".
Kien góalhekk ukoll, fakkar il-Ministru Refalo, li l-gvern góenlil góadd ta' góaqdiet lokali jtejbu l-impjant tar-ranges u sostna li kif ingóatat qabel l-góajnuna tkompli tingóata.
"Illum qed niftóu triq ídida. Dik ta' dixxiplini Olimpiði oóra,li fl-imgóoddi, tort ta' politika úbaljata konna nðaóódu lilna stess milli nieódu sehem fihom. Jien konvint li l-Maltin u l-Góawdxin, iríiel kif ukoll nisa, úgóaúagó anke ta' eta' úgóira, ser jieódu din l-opportunita' jitóarríu u jilóqu livell kompetittiv fl-isport ta' l-isparar".
"Issa li góandna dan ir-range u bdilna l-policies, jonqosbiss bidliet úgóar fil-liíijiet biex nikkompletaw il-proðess u nkunu nistgóu nattiraw lejn dan l-isport atleti íodda, fosthom dilettanti tal-kaðða, li f'góeluq l-istaíun ikunu jistgóu jeúerðitaw il-kapaðita' tal-mira u forsi jkunu huma l-protagonisti íodda ta' dan l-isport ídid góal Malta."
"M'aóniex qed noffru sostitut góall-kaðða iúda sportalternattiv kif ukoll passatemp li jikkumplimenta fix-xhur mejta d-delizzju tradizzjonali tal-Maltin".
Wara li l-Ministru semma l-ótieía ta' attenzjoni u kontroll kifukoll ta' óaúna u ta' sigurta'. "Lill-poplu Malti, lill-óaddiem Malti rridu noffru opportunita' li jippratika sport ídid u mhux li jaffaðða xi theddida ídida. Óadd m'góandu jlumna u jqis sikkatura ðerti kontrolli neðessarji góall-óarsien ta' kulóadd."
Il-Ministru Refalo stqarr li l-bini u t-tlestija tar-rangekienet prova ðara ta' l-góaqal u siwi tal-politika ídida tal-gvern fil-qasam ta' l-isport. "Góandna fiduðja fl-isportivi u nafdawhom jibnu l-impjanti, jagómmruhom u jlestuhom. Il-gvern ióaffef il-proðeduri u jagóti kontribut fi flus u f'pariri biex dan iseóó. Kieku dan l-impjant bnieó il-gvern, kif kien isir qabel, ma konniex inkunu hawn illum. Góax góandkom il-óila, il-óeíía u l-interess úgurajtu li jkun lest illum".
Il-Ministru temm igóid li dawn l-aóóar snin kienu snin tad-dehebgóall-isport Malti. "Mhux tant góall-unuri li ksibna, góalkemm xi óaía rbaóna wkoll, iúda góal bidliet fl-istrutturi fiúiði u organizzativi, kif ukoll ta' ósieb u míieba tal-gvern lejn l-isportivi u l-isportivi lejn il-gvern. L-góan tagóna hu wieóed - li nagómlu lill-poplu tagóna, poplu sportiv, poplu b'saóótu.
"Góall-óames snin li íejjin il-gvern qiegóed joffrilill-isportivi u lill-poplu Malti programm ta' óidma li góandu jwassalna lejn quððati íodda u lejn il-mira li poííejna quddiemna biex l-isport jitmexxa mill-isportivi".
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow