L-Occupational Health and Safety Unit
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Uamni jirreferi ghall-istqarrija mahruga l-bierah minn Dr Michael Farrugia, kelliem
ewlieni tal-Malta Labour Party dwar is-Sigurta' Socjali u li kienet titratta l-Occupational Health and Safety Unit.
Irid jinghad li meta gew amalgamati flimkien l-Occupational Health Unit tad-Dipartiment tas-Sahha, u s-Safety unit
tad-Dipartiment tax-Xoghol, il-Unit gdida giet akkomodata f'bini fi Triq Sant'Ursola, Valletta flimkien mal-Ufficcju
tal-Kummissjoni ghal Promozzjoni tas-Sahha u Sigurta' fuq il-Post tax-Xoghol. Dan il-post ittiehed b'kera ta' LM8,000
- u mhux LM80,000- fis-sena minn ghand il-Middle Sea Valletta Company Ltd. Wara dan iz-zmien,
is-sidien bnew strutturi godda fuq it-tieni sular u, bhala rizultat ta' dan, l-Ufficju tal-Unit, garrab xi inkonvenjenzi, fosthom
nuqqas ta' ventilazzjoni, zieda fl-umdita' u carcir ta' ilma ta' xita. Is-sidien gew mgharrfin b'dan u saret laqgha fuq il-post bejn
rapprezentanti tas-sidien u tad-Dipartiment meghjuna mill-periti taghhom. Is-sidien ghandhom jaghmlu r-rimedji mehtiega biex
jitnehha l-periklu, jigi rrangat d-drenagg ta' l-ilma tax-xita, tonqos l-umdita' u tizdied il-ventilazzjoni.
Il-lift mhux qieghed jintuza u ghalhekk ma ghandux ghalfejn jigi ezaminat minn inginier. Il-kmamar li qeghdin jintuzaw bhala
klinici jinsabu fis-sular ta' taht u ebda persuna bil-krozzi jew b'xi haga f'saqajha ma ghandha ghalfejn titla' turgien.
Dwar l-ispetturi ntlahaq ftehim mal-Unions dwar il-klassifikazzjoni u r-'regrading' tal-ispettorat ta' sahha u sigurta' fuq
ix-xoghol. Issejhu applikazzjonjiet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku izda ma kienx hemm twegiba minn persuni
eligibbli. Sadattant l-Universita' qeghda thejji kors addattat ghal tahrig ta' ufficjali skond il-ftehim ta' klassifika u ta' 'regrading'
milhuq mal-Unions. Id-Dipartiment tax-Xoghol jiehu hsieb li jimla postijiet ta' 'Scientific Officers' li jkunu f'qaghda li jaghmlu
investigazzjonjijiet xjentifici kif ukoll zjajjar fuq il-postijiet tax-xoghol u jghinu fit-tahrig ta' spetturi.
Ma hemmx haddiema impjegati bhala Spetturi ta' Sahha u Sigurta' fuq ix-xoghol li qed jahdmu bhalissa f'postijiet mhux relatati.
Izda d-Dipartiment qieghed jinqeda b'zewg spetturi (li qabel kienu spetturi tas-Sahha: Senior Inspector Health & Safety)
kif ukoll erba' tobba kwalifikati biex izur postijiet tax-Xoghol. L-ispetturi tad-Dipartiment izuru postijiet tax-xoghol kull meta
jkun hemm ilment u mhux biss wara li jkunu nqalghu incidenti, ghalkemm kull incident gravi qieghed jigi investigat kif ghandu
jkun.
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891