Inawgurati "Pelican Lights" hdejn l-Iskola tal-Gzira
PR1721
22/10/1996
| Il-Ministru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija, Michael | Frendo, dal-ghodu inawgura Pelican Lights godda fi Sliema Road, il-Gzira hdejn l-iskola sekondarja tal-Gvern tal-Lokal. |
| F'kumment qasir, il-Ministru Frendo qal li dawn il-Pelican | Lights, li bhalhom issa twahhlu numru sostanzjali, ghandhom iservu biex ikun hawn aktar sigurta' fit-toroq taghna, partikolarment f'toroq bhal Sliema Road li saret triq traffikuza hafna u hi uzata wkoll minn hafna "pedestrians" minhabba li fiha hemm skola kbira. |
| Hu appella lis-sewwieqa biex josservaw ir-regolamenti tat-traffiku | u lill-pubbliku biex ikun prudenti u juza b'mod ghaqli dawn il-facilitajiet. |
| Il-Ministru Frendo fahhar il-hidma tal-Kunsill Lokali tal-Gzira li | kien insista biex jitwahhlu dawn il-Pelican Lights fejn l-iskola, kif ukoll ghall-hidma li qed jaghmel b'risq il-lokalita' tieghu. |
| F'isem l-istudenti li jattendu din l-iskola is-sur J. Degabriele, | Kap ta' l-iskola Sekondarja tal-Gzira irrringrazzja lill-Ministeru ghat-Trasport u lid-Dipartiment tat-Toroq ghal din l-inizjattiva li se tghin beix tnaqqas il-periklu lill-istudenti minhabba it-traffiku kbir li jghaddi minn din it-triq. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901