Inawgurata Berga gdida fil-Munxar Ghawdex
PR1715
21/10/1996
| Illum Ghawdex ghandu tlettax-il berga fi rhula differenti. Dawn | il-bereg jinfethu regolarment u huma mizmuma tajjeb. Il-Ministru ghal Ghawdex, Anton Tabone qal dan meta kien qed jaghmel diskors fl-okkazzjoni tal-ftuh ta' berga gdida fir-rahal tal-Munxar. Huwa kien qed jaghmel paragun mas-snin ta' qabel l-1987 meta l-bereg li kien hawn f'Ghawdex kienu fi stat ta' abbandun. Ghall-kuntrarju ta' dan illum il-bereg jinsabu fin-Nadur, il-Qala, Ghajnsielem, Xewkija, San Lawrenz, Xaghra, Sannat, Kercem, Gharb, Ghasri, Zebbug, Munxar u Poliklinika fir-Rabat, u dawn illum mhux biss jigu ffrekwentati minn hafna nies tal-lokal imma minnhom jistghu anke jirtiraw ukoll il-medicini taghhom minflok ma jmorru l-Isptar Generali kif kien isir qabel. |
| Il-Ministru qal li l-bereg illum huma frekwentati, tant li fl-ewwel | tmien xhur ta' din is-sena fic-Centru tas-Sahha fir-Rabat u fil-klinici tal-Gvern l-ohra ta' Ghawdex diga nqdew 41,380 persuna. Dan kollu juri li s-sistema li introducejna f'pajjizna qed tahdem u biha l-pubbliku huwa moqdi l-hin kollu. Din hija mizura ohra tal-Gvern li tirrispondi ghall-esigenzi tal-poplu kollu fil-qasam tas-sahha. |
| Meta rrefera ghall-Isptar Generali ta' Ghawdex, il-Ministru Tabone, | qal li sar investiment kbir fit-taghmir tieghu biex minnu jkunu jistghu jinghataw aktar servizzi u l-isptar illum lahaq livell professjonali li jfisser li hafna pazjenti Ghawdxin ma ghadx ghandhom il-bzonn li joqghodu jmorru Malta ghall-kura. Bhala ezempju l-Ministru qal li llum fl-isptar qeghdin isiru l- 'pacemaker insertions' permanenti. |
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891