Left arrow Go Back

Inawgurat l-ewwel fazi tal-Progett tat-Toroq f'Tal-Qroqq

PR1712
Date Icon 21/10/1996
Il-Prim Ministru, Eddie Fenech Adami akkumpanjat mill-Ministrughat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija, Michael Frendo, dalghodu inawgura l-ewwel fazi tal-progett tat-Toroq f'Tal-Qroqq li issa infethet ghat-traffiku.
Ix-xoghol fuq dan il-progett beda f'Jannar li ghadda u tlesta kifippjanat. L-ewwel fazi tal-progett kienet l-aktar wahda impenjattiva u twettqet wara li tfassal pjan serju ta' traffic management biex ix-xoghol isir bla periklu u fl-istess waqt ma tinghalaqx ghat-traffiku t-Triq Regjonali.

B'kollox ix-xoghol s'issa kien jinvolvi:

  • il-qtugh ta' 120,000 metru kubu ta' blat;
  • it-tqattiegh ta' 8,400 metru kubu ta' trinek biex ghaddew is-servizzi;
  • irdim ta' 20,000 metru kubu ta' materjal;
  • il-bini ta' 30,000 metru kwadru ta' hitan;
  • 2,000 metru ducts mit-Telemalta Corporation
  • tqeghid ta' 115,000 metru cables mill-Enemalta Corporation
  • tqeghid ta' 2,000 metru kanen mill-Water Services Corporation; u
  • bini ta' reservoir li jesa' 1,500,000 gallun ilma.
Il-Perit Lino Zammit, Direttur tad-Dipartiment tat-Toroq, li kien inkarigat mis-supervizjoni generali tal-progett, spjega lill-Prim Ministru x-xoghol li twettaq f'din l-ewwel parti tal-progett.

Fil-fatt it-triq li nbniet taht il-mini hi twila 675 metru b'wisa' ta' 18.8 metri. Il-mini wahedhom huma twal 280 metru u huma l-itwal li hawn f'Malta. S'issa intuzaw:

  • 680 precast panels, twal disa' metri l-wiehed u li bejniethom jiznu 6,800 tunnellata;
  • tpoggew 12,700 metru kwadru ta' asphalt li jiznu 1,200 tunnellata;
  • inbniet bankina tal-konkos twila 2,700 metru;
  • tpogga cable tad-dawl twila 640 metru u tpoggew 1450 metru ta' kanen biex jiddrejnaw l-ilma tax-xita.

Fil-bini tas-saqaf tal-bini tpoggew:

  • 460 travu tal-pre-cast concrete kull wiehed twil disa' metri;
  • intuzaw 2,200 metru kubu ta' concrete;
  • intuzaw 425 tunnellata ta' azzar rinfurzat;
  • fil-hitan li jwasslu ghaz-zewg mini intuzaw 800 blokka tal-concrete li jiznu 2,400 tunnellata.
F'kumment li ghamel wara li ferah lill-haddiema kollha li hadmufil-progett, il-Prim Ministru qal li dawn huma t-tip ta' toroq li jixirqu lil pajjiz modern bhal taghna.
Mil-lum wara nofsinhar il-mini se jinfethu ghat-traffiku regolari ujibdew jitnehhew uhud mid-devjazzjonijiet li saru fix-xhur li ghaddew sakemm tlestiet din l-ewwel fazi tal-progett. Sadattant se jkompli x-xoghol biex il-progett kollu jitlesta kif ippjanat, kmieni s-sena d-diehla.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow