Michuda allegazzjoni ta' l-MLP dwar il-mini f'Tal-Qroqq
PR1684
17/10/1996
| Hi assolutament bla bazi l-allegazzjoni tas-Segretarju Generali ta' | l-MLP Jimmy Magro li ntefqu flus zejda biex il-mini li huma parti mill-progett ta' Tal-Qroqq jitlestew qabel iz-zmien biex fihom issir xi attivita' partiggjana. |
| Il-Ministru Michael Frendo ilu aktar minn xahrejn li qal | ufficjalment li dawn il-mini kellhom ikunu lesti sal-Harifa ta' din is-sena u dan ix-xoghol tlesta kif ippjanat minghajr ma ntefaq ebda centezmu aktar milli kien ippjanat. |
| Jekk il-Partit Socjalista qed jiskrupla li partit politiku se | jaghmel attivita' f'dawn il-mini li issa saru jiffurmaw parti mit-toroq pubblici ta' pajjizna, b'dan l-argument hadd, anqas il-Partit Socjalista ma ghandu jaghmel attivitajiet f'toroq pubblici. Il-Partit Socjalista hu liberu li jikseb il-permessi mehtiega biex jekk irid jaghmel attivita' f'dawn il-mini. |
| Il-fatti huma li l-Partit Socjalista wkoll qed jaghmel attivitajiet | simili f'postijiet pubblici u l-ahhar wahda li ghamel fi Triq Manwel Dimech f'Hal-Qormi ghalaq din l-arterja principali tat-traffiku ghal granet shah, bla ma hadd fixklu jew ghamillu diffikultajiet. |
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891