Left arrow Go Back

Il-Jum Dinji ta' l-Ikel imfakkar f'Ghawdex

PR1683
Date Icon 17/10/1996
Fil-Gonna Pubblici ta' Villa Rundle, Victoria, nhar l-Erbgha 16 ta'Ottubru, id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, flimkien mal-Ministeru ghal Ghawdex, fakkru l-Jum Dinji ta' l-Ikel, bi programm li ghalih kienu prezenti s-Sindki Ghawdxin, impjegati tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u ghadd sabih ta' studenti mill-Iskejjel Sekondarji ta' Ninu Cremona u Agius de Soldanis. Din l-okkazjoni li kienet preseduta mill-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor Anton Tabone, fethet b'quddiesa li tqaddset minn Dun John Mary Cauchi, missjunarju Ghawdxi fil-Brazil ghal dawn l-ahhar 33 sena li fl-omelija li ghamel tkellem dwar l-esperjenza mhux dejjem facli tieghu fil-Brazil, fl-istat ta' Paraiba.
Wara, il-Ministru ghal Ghawdex ipprezenta ghotja ta' flus lil danis-sacerdot b'risq il-missjoni tieghu, li ngabret minn fost il-haddiema ta' l-Agrikoltura. Il-Ministru Tabone pprezenta wkoll hampers lill-istitut Lourdes Home fl-Imgarr u lid-Direzzjoni tad-"Dar Guzeppa Debono" f'Ghajnsielem. Il-Ministru pprezenta wkoll medalja lill-missjunarju Ghawdxi iehor, il-Gizwita Gigi Camilleri ghall-hidma twila tieghu fil-missjoni gewwa l-Indja.
F'kelmtejn li ghamel, il-Ministru Tabone tkellem dwar it-tifsirata' dan il-Jum Dinji ta' l-Ikel u kemm kien importanti "li ahna nfakkru f'inhawi batuti li jinsabu fid-dinja neqsin mill-ikel u minn tant kumditajiet ohra. Fil-limiti taghna", kompla l-Ministru, "ahna nistghu nghinu lil dawn in-nies meta nafu li Malta u Ghawdex ghandhom ekonomija soda li kull ma jmur qed tkompli tissahhah flimkien mal-gustizzja socjali li qerdet tant firda u diffikultajiet ohra". Il-Ministru fahhar ukoll il-hidma li jwettqu fil-missjonijiet imbieghda tant sacerdoti Ghawdxin fosthom dawk it-tnejn li kienu prezenti.
Il-Ministru sellem ukoll lill-istudenti u spjega kemm kien"importanti li t-tfal, sa mic-cokon taghhom isiru aware ta' tant pajjizi akbar minna li sfortunatament partijiet kbar minnhom qed ibatu l-guh u l-ghera, filwaqt li l-gzejjer taghna, ghal kemm izghar fid-daqs, ma jonqoshom xejn". Fi tmiem id-diskors tieghu, il-Ministru ghal Ghawdex mill-gdid appella biex kulhadd jghin mill-ahjar li jista' waqt li radd hajr lil dawk kollha responsabbli minn dak il-programm.
Matul il-quddiesa, is-Sindki Ghawdxin ghamlu offerta ta' hamperslil Fr Tomlin, Rapprezentant tal-Moviment Animazzjoni Missjunarja.
Fil-programm hadet sehem ukoll il-Brass Band komposta minnstudenti u haddiema ta' l-Agrikoltura, studenti mill-Iskola tal-Muzika fis-Sannat u ttellghet mima mid-Drama School bis-sehem ta' studenti mill-Iskola Agius de Soldanis taht it-tmexxija ta' George Mizzi u Michelle Vella.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow