Iffirmar ta' Ftehim bejn l-APS Bank Limited u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dwar servizzi bankarji fil-Pitkalija
PR1673
17/10/1996
| Xi snin ilu d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kien talab lill-banek | kummercjali sabiex jikkonsidraw jifthu ufficcju fil-Pitkalija sabiex joffru servizzi bankarji lil dawk kollha li juzaw il-Pitkalija. L-APS Bank Ltd, wera x-xewqa li joffri dan is-servizz. |
| Wara diskussjoni dwar is-servizz mehtieg intlahaq ftehim. Il-Bank | kera mid-Dipartiment ta' l-Artijiet l-ufficini li kienu jintuzaw bhala 'cash office'. Qed isiru l-arrangamenti mehtiega sabiex is-sistema tal-kompjuter tal-Bank tkun kompatibbli mas-sistema tal-kompjuter tal-Pitkalija. Fi ftit xhur ohra huwa mistenni li l-Bank jibda jircievi l-hlas tal-prodott mibjugh mill-pitkaliji u jibda jhallas lill-bdiewa l-bank stess. B'din is-sistema huwa mistenni li l-bdiewa jibdew jithallsu tal-prodott taghhom aktar malajr. |
| Dan il-ftehim huwa holqa ohra fil-katina ta' zvilupp | fl-infrastruttura tal-Pitkalija. L-introduzzjoni ta' l-ewwel fazi tas-sistema kompjuterizzata kien pass kbir 'il quddiem sabiex jigi assigurat li l-bidwi jiehu dak kollu li haqqu. |
| Sabiex is-sistema tahdem ahjar, nhasset il-htiega li d-dhul u | l-hrug fil-Pitkalija jkun aktar organizzat. Ghalhekk giet mibnija triq gdida minn fejn ix-xerrejja jidhlu fis-suq. Fi ftit gimghat ohra sejra tohrog sejha ghall-offerti ghall-bini ta' canopies permanenti sabiex il-prodott jkun offrut ghal bejgh fi stat ahjar u b'mod aktar organizzat. Huwa mahsub ukoll li fis-snin li gejjin tinbena tinda ohra halli jkun hemm aktar spazju fejn tkun tista' tinbiegh il-biegha li dejjem qed tizdied. |
| Il-bejgh tal-prodotti mill-Pitkalija zdied minn 30,233 | il-tunnellata fl-1986 b'valur ta' Lm 4.5 miljun ghal 36,160 il-tunnellata fl-1995 b'valur ta' Lm 6.2 miljun - zieda ta' 20% fil-kwantita' u ta' 38% fil-valur. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901