Left arrow Go Back

Inawgurazzjoni tal-Kanal Televiziv "Education 22"

PR1645
Date Icon 15/10/1996
Nhar il-Gimgha 18 t'Ottubru 1996 fis-6.30 ta' filghaxija,id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, permezz tal-Media Education and Broadcasting Centre (MEBC), ser tinawgura l-kanal televiziv fuq il-Cable Television, Education 22.
Bil-ftuh ta' dan il-kanal, id-Divizjoni ta' l-Edukazzjonighall-ewwel darba mindu beda x-xandir edukattiv, kwazi hamsin sena ilu, issa ghandha stazzjon kollu kemm hu taghha. Dan hu rizultat tal-White Paper dwar ix-Xandir ppubblikata fil-1990.
L-inawgurazzjoni, li ser tkun preseduta mill-Onor Michael Falzon,Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, ser issir permezz ta' xandira diretta mis-sala tal-Biblijoteka, il-Belt Valletta.
Hu l-hsieb li dan l-istazzjon televiziv jibda jxandar programmiedukattivi u ta' informazzjoni biex ikompli jghin u jsahhah il-mezzi tat-taghlim. Ser ikun hemm programmi mtella' lokalment u wkoll produzzjonijiet barranin li jkunu mahsuba li jolqtu l-htigijiet u l-gosti ta' kulhadd.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow