Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Onor. Censu Galea, Ministru ghall-Ikel, Agrikoltura u Sajd dwar il-politika ta' l-Oppozizzjoni fuq il-qasam tal-biedja u s-sajd

PR1639
Date Icon 14/10/1996
Il-Partit Socjalista jrid jaghti l-impressjoni li llum hu favuril-biedja meta fil-fatt il-politika ta' ffissar ta' prezzijiet, ta' mieti u ta' nuqqas serju ta' nvestiment wasslet biex il-bidwi Malti, flimkien mal-biedja u s-sajd Malti stagnaw qabel l-1987. Kuntrarju ghal dan, matul is-snin li ghaddew il-bidwi, r-rahhal u s-sajjied Malti nghataw kull opportunita li jmexxu x-xoghol taghhom 'l quddiem.
Tant hu hekk li l-kritika li ssir dwar dan is-settur mhixindirizzata lejn il-passat ricenti, inkella lejn il-prezent, izda hi mahsubha biex tbezza mill-futur.
Il-punt tat-tluq tal-Partit Socjalista dwar is-settur tal-biedja us-sajd hu li dawn kienu mitluqa matul l-ahhar snin. U dan kull bidwi u sajjied jaf li mhux minnu. Ghall-kuntrarju kull bidwi u sajjied jaf sewwa bl-opportunitajiet kbar li nholqu.
Il-fatt biss li l-produzzjoni agrikola f'Pajjizna (dik li tghaddimill-pitkalija) zdiedet bi tletin fil-mija, turi kemm l-agrikoltura mxiet 'l quddiem. Il-fatt l-iehor li l-qatla fil-biccerija zdiedet bi kwazi 20% u li l-produzzjoni tal-halib zdiedet b'iktar minn hamsin fil-mija huma wkoll xhieda ta' din it-titjib.
Izda l-Partit Socjalista, ghaliex m'ghandu lanqas l-icken hjiel ta'fiducja fil-bidwi Malti jrid ibezzghu mill-futur. Ighid lill-bidwi li hu mhux kapaci jimxi 'l quddiem u jlahhaq mal-pass ta' pajjizi ohra. U ighid dan meta jaf li bdiewa ohrajn, madwarna mxew hafna 'l quddiem meta pajjizhom sar membru shih ta' l-Unjoni Ewropeja.
Dwar il-levies jekk hawn xi hadd li mhux qed jghid il-verita huproprju l-Partit Socjalista. Matul ix-xhur li ghaddew, diversi drabi saru riferenzi ghal dak li huwa id-dokument ic-Cittadin l-Ewwel u cioe li l-levies kollha bla eccezzjoni ghandhom jitnehhew. Dan deher diversi drabi fil-gurnali, intqal diversi drabi ohra fuq il-mezzi tax-xandir u mkien ma gie michud mill-Partit Socjalista.
Il-kelliem ewlieni Socjalista dwar il-biedja minghalih ukoll lijrid jimpressjona lill-bdiewa billi f'kull stqarrija jghid kemm jien, bhala Ministru responsabbli, ma naghtix kaz tal-biedja. Din hi gidba ohra li l-bidwi, sajjied u rahhal jaf li mhux minnha. Tant hu hekk li l-istess bdiewa jistqarru li qatt ma nghataw opportunita li huma jiltaqghu u jitkellmu mal-Ministru responsabbli minnhom, daqskemm inghataw fl-ahhar snin.
Minbarra hekk il-bdiewa jafu li fil-Ministru tal-bdiewa ghandhombniedem li jaqbez ghall-interessi taghhom, mhux bniedem li jheddidhom li hu lest imur barra minn Malta biex jimporta l-prodotti.
L-izvilupp li sehh fl-agrikoltura f'dawn l-ahhar snin huwa provata' kemm il-bdiewa huma mimlija fiducja fil-futur. L-investiment li sehh, u ghadu qed isehh f'dan is-settur hu wkoll xhieda ta' kemm il-bidwi jemmen li ghada ser ikun ahjar. Kuntrarju ghal dan, il-Partit Socjalista jahseb li l-bdiewa Maltin mhux kapaci jimxu 'l quddiem.
Min jemmen hekk ma jista' qatt joffri futur ahjar. Fil-fatt, illum,il-Partit Socjalista qed jghid hafna paroli dwar il-biedja u l-bdiewa ghaliex il-fatti ta' zvilupp li sehhew ma jistax la jichadhom u lanqas jilhaqhom. L-uniku garanzija li ghandu l-bidwi ghall-futur gejja mill-impenn tal-Partit Nazzjonalista biex ikompli jtejjeb dak li jezisti fil-biedja Maltija.
Fl-ahharnett, ghall-darba ohra, nerga' nirrepeti li d-dhul ta'Malta fl-Unjoni Ewropea jaghti garanzija ta' swieq akbar lill-bdiewa Maltin, flimkien ma' possibilitajiet ferm akbar ta' ghajnuna infrastrutturali, u ta' natura ambjentali li permezz taghhom il-bidwi mhux biss itejjeb il-produzzjoni izda wkoll ikabbar id-dhul finanzjarju tieghu.
Altru minn tmiem, permezz tal-Politika tal-Partit Nazzjonalista,il-biedja tkompli tinghata spinta ohra 'l quddiem.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow