Left arrow Go Back

Jiem il-Partrimonju Ewropew mfakkar f'Ghawdex: Inawgurat il-Habs il-Qadim tac-Cittadella - Graffiti unici ghall-wiri

PR1616
Date Icon 10/10/1996
"Ghawdex ukoll jhossu fid-dmir li jinghaqad mal-bliet Ewropejsabiex maghhom ifakkar il-Jiem tal-Wirt Ewropew. Dan ghaliex, minkejja c-cokon tieghu, Ghawdex ghandu wirt storiku rikk li xejn ma jaghmillu ghajb quddiem pajjizi kbar Ewropej."
Dan qalu l-Ministru ghal Ghawdex Anton Tabone meta il-gimghafilghaxija kien qieghed jinawgura xoghlijiet ta' restawr u jiftah ghall-pubbliku l-Habs il-Qadim tac-Cittadella.
Il-habs il-qadim li nbena lejn il-bidu tas-seklu sbatax jinkludiseba' cellel originali li jostru fihom kollezzjoni unika ta' graffiti maghmula mill-prigunieri fuq medda ta' kwazi tliet sekli. Kamra ohra mdaqqsa fl-istess habs u li kienet ukoll tifforma parti minnu giet uzata ghal esebizzjoni permanenti dwar il-fortifikazajonijiet ta' zmien il-Kavallieri li jinstabu f'Ghawdex.
Il-Ministru Tabone qal li sa mit-twaqqif tal-Ministeru ghal Ghawdexinbeda progett bis-serjeta' ta' restawr ta' postijiet storici b'enfasi specjali fuq ic-Cittadella. B'rizultat ta' dan ic-Cittadella minn post abbandunat u zdingat saret wahda mill-aktar postijiet imfittxija mit-turisti u studjuzi li jzuru 'l Ghawdex. "Wiehed ma jistax jinsa" tenna l-Ministru Tabone "li bosta mill-postijiet li gew irrestawrati f'dawn l-ahhar snin kienu ser jinqerdu ghal kollox bir-rizultat ta' telfa kbira ghall-wirt storiku tal-gzira." Huwa qal li l-Gvern prezenti gharaf jipprezenta lil Ghawdex bir-rizorsi kollha tieghu u fuq quddiem nett insibu l-preservazzjoni u l-prezentazzjoni tal-wirt storiku tal-gzira.
Il-Ministru fahhar l-impenn u d-determinazzjoni tal-haddiemaGhawdxin involuti fir-restawr u qal li minkejja li hafna drabi huma neqsin mill-assistenza mehtiega, xorta wahda irnexxilhom jaghmlu bosta xoghol li rrispetta l-kriterji moderni fil-qasam tar-restawr.
Qabel l-inawgurazzjoni sar kuncert fl-awla tal-Qorti ta' Ghawdex lifih ukoll saru xoghlijiet estensivi ta' restawr u saru wkoll diskorsi dwar il-process tar-restawr kif ukoll dwar l-importanza tal-graffiti li jinsabu fil-habs.
Il-Ministru kkonkluda billi qal li llum kulhadd jaghraf u japprezzal-harsien tal-wirt storiku tal-gzejjer taghna u qal li l-Ministeru ghal Ghawdex huwa mpenjat u ghandu programm shih ta' progetti ohra ta' restawr xi jwettaq fil-futur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow