Left arrow Go Back

Kontribut Malti fi hdan id-Direttorat ta' l-Affarijiet Legal tal-Kunsill ta' l-Ewropa

PR1608
Date Icon 10/10/1996
L-Imhallef Vincent DeGaetano u l-Magistrat Dr. Silvio Melirritornaw minn Strasbourg fejn hadu sehem fix-xoghol ta' diversi kumitati fi hdan id-Direttorat ta' l-Affarijiet Legali tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
L-Imhallef DeGaetano attenda l-ewwel laqgha tal-Kumitat ad hoc ta'Esperti fuq il-Psikjatrija u d-Drittijiet tal-Bniedem (CAHPS). Hu gie nominat biex jiehu sehem fix-xoghol ta' dan il-kumitat mill-Kumitat ta' Direzzjoni dwar il-Ko-Operazzjoni Guridika (CDCJ). L-Imhallef DeGaetano huwa l-Vici-President tal-CDCJ.
Fl-istess gimgha fi Strasbourg huwa ppresjeda il-hames laqghaplenarja tal-Grupp Multidixxiplinarju dwar il-Korruzjoni (GMC) li approva studju dwar l-uzu tal-ligi civili fil-glieda kontra l-korruzjoni u beda l-ezami dettaljat ta' framework convention fuq il-korruzjoni. Malta, fil-persuna ta' l-Imhallef DeGaetano ghandha l-presidenza tal-GMC minn mindu dan il-kumitat twaqqaf ftit wara l-laqgha tal-Ministri tal-Gustizzja tal-Ewropa li saret f'Malta f'Gunju tal-1994. L-Imhallef DeGaetano attenda wkoll laqgha tal-Bureau tal-CDCJ.
Il-Magistrat Meli attenda l-laqgha tal-Working Group onAdministrative Law tal-GMC, liema kumitat kien responsabbli ghat-tfassil tal-ewwel abbozz tal-framework convention fuq il-korruzjoni. Huwa wkoll irraprezenta lil Malta fil-laqgha plenarja tal-GMC.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow