Is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani, Dr Antoine Mifsud Bonnici jwiegeb allegazzjonijiet maghmula minn kelliema ta' l-oppozizzjoni dwar is-sahha, il-familja u l-anzjani
PR1601
09/10/1996
| Is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani, Dr Antoine Mifsud Bonnici | jaghmel referenza ghall-istqarrija ghall-istampa mahruga l-bierah filghaxija mill-kelliemi ta' l-Oppozizzjoni dwar is-Sahha, l-Kura ta' l-Anzjani u l-Familja, il-Prof. Edwin Grech u minn Dr Louis Buhagiar, kelliem dwar il-Kura ta' l-Anzjani. |
| Dawn il-kelliema ghogobhom jinterpretaw kif iridu l-weghda li | ghamel il-Prim Ministru dwar it-taxxa tal-VAT. Dr Fenech Adami kien semma din it-taxxa waqt laqgha li kellu ma' l-anzjani f'Kastilja u kien qal li, wara li s-sistema tal-VAT tibda tahdem kif suppost, il-Gvern jikkonsidra li jnehhi din it-taxxa ghal ghaqdiet volontarji li jahdmu fil-qasam socjali. |
| Prof Grech u Dr Buhagiar tkellmu wkoll dwar ir-Residenza San | Vincenz. Il-kritika taghhom wiehed irid jaraha fid-dawl ta' orkestrazzjoni shiha ta' attakki li qed jaghmlu kelliema ta' l-Oppozizzjoni kontra din ir-Residenza. Din il-kritika qed issir ghaliex il-Partit fl-Oppozizzjoni jaf kemm gid sar fir-Residenza San Vincenz tul dawn l-ahhar disa' snin u nofs. Jafu wkoll li l-bicca l-kbira ta' l-anzjani residenti jafu min tassew jixtiqilhom il-gid. |
| Issemma n-nuqqas ta' infermiera. Tajjeb li wiehed ighid li, biex | tinghata kura xierqa lill-anzjani, mhux kull sala tehtieg infermiera aktar milli hemm,. Hafna drabi il-Health Assistants jistghu jaghmlu dan ix-xoghol b'dedikazzjoni u efficjenza wkoll. Zgur li l-ebda anzjan ma thalla mxarrab fis-sodda u wisq inqas ma thalla jmut wahdu fuq soddtu. Allegazzjoni bhal din, li diga' saret fil-passat recenti, giet michuda bil-qawwa kollha u b'mod kategoriku. |
| Is-Segretarju Parlamentari jichad li qed isiru xi tranfers f'San | Vincenz de Paule li m'humiex gejjin minn esigenzi tas-servizz. Jekk l-implikazzjoni taz-zewg kelliema ta' l-Oppozizzjoni hi li dawn it-transfers saru ghal ragunijiet politici tajjeb li jinghad li, kieku din kellha tkun il-motivazzjoni, aktar minn nofs il-haddiema tar-Residenza jigu trasferiti. |
| Prof. Grech u Dr Buhagiar heggew ukoll lill-anzjani u qrabathom | biex ma jibzghux minn inganni. Dawn il-kelliema jistghu jserrhu rashom li zmien l-inganni ilu li spicca ftit anqas minn ghaxar snin ilu meta l-anzjani ma kien ikollhom l-ebda ghazla hlief li jhallu "barunijiet" Laburisti jivvutaw ghalihom fl-elezzjonijiet generali. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901