Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani dwar studenti post-sekondarji li allegatament thallew bla ghalliema

PR1599
Date Icon 09/10/1996
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani jirreferighall-istqarrija mahruga llum mill-Onor Evarist Bartolo b'ilmenti li studenti post-sekondarji thallew bla ghalliema.
L-Onor. Bartolo qed jiehu battikata ta' xejn ta' kull darba li xigenituri jmorru jkellmuh dwar nuqqasijiet li jezistu fl-iskejjel tal-Gvern. Ikun pront johrog stqarrijiet allarmisti minghajr ma jivverifika l-fatti qabel.
In-nuqqas ta' ghalliema f'xi suggetti li semma s-Sur Bartolo tassewjezistu izda r-raguni ghala jezistu s-Sur Bartolo ma qalhiex. Jidher li ma jimpurtahx li jkun jafha, ghalkemm diga' ghidna r-raguni fi stqarrija ghall-istampa ohra recenti, jigifieri minhabba ghalliema li rrezenjaw jew hargu fuq maternity leave jew ma accettawx xoghol mal-Gvern fl-ewwel granet tas-sena skolastika.
Ta' min izid li r-raguni ewlenija ghan-nuqqas ta' ghalliema,l-istituzzjonijiet post-sekondarji hi li l-ghadd ta' studenti li dahlu fihom zdied konsiderevolment fuq is-sena l-ohra. Tant hu hekk li dahlu 285 studenti aktar mis-sena l-ohra fil-Liceo Superjuri Paolino Vassallo, fl-Istitut Tekniku M.A.Sapiano u fl-Iskola Sekondarja Oghla Giovanni Curmi filwaqt li fil-Junior College G.F.Abela dahlu 306, student aktar mis-sena l-ohra.
Hija haga elementari li d-dhul ta' aktar studenti johloq il-htiegata' aktar ghalliema u kulhadd jirrikonoxxi li dawn ma ssibhomx mill-lum ghal ghada. L-awtoritajiet tal-Junior College u d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni qed jaghmlu hilithom kollha biex il-vaganzi ta' ghalliema li jezistu jimlewhom minnufih.
Il-Gvern prezenti ilu li ddecieda li n-nuqqasijiet li jistghujezistu fl-iskejjel -specjalment nuqqas ta' ghalliema - ma ghandhomx ikunu skuza biex zghazagh Maltin jiccahhdu milli jkompli bl-istudju taghhom. Hu aktar difficli li ssib ghalliema milli taghzel l-ehfef triq, dik li tillimita n-numru ta' studenti bhal ma kien jaghmel il-Gvern Laburista anki f'dan il-livell u thalli mijiet ta' zghazagh barra ghax momentarjament ma jkollokx ghalliema.
Gvern Nazzjonalista dejjem ghazel li jaghti l-opportunita'tat-taghlim liz-zghazagh kollha li jkunu jixtiequ jkomplu jistudjaw, ikun xi jkun il-prezz li jrid ihallas anki jekk dan jinkludi il-kritika rhisa mis-Sur Bartolo.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow