Left arrow Go Back

Ikompli x-xoghol ta' restawr ta' toroq arterjali

PR1586
Date Icon 08/10/1996
Il-Ministru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija, MichaelFrendo l-lum mar jara x-xoghlijiet li qed isiru fi Triq Manwel Dimech, Hal-Qormi li qed tinghata wicc gdid.
F'dan il-progett, il-kuntrattur tad-Dipartiment tat-Toroq,"Polidano Bros." qed juza makkinarju gdid u "state-of-the-art" li hu "environment friendly".
F'dan ix-xoghol li hu parti minn progett kbir ta' restawr ta' toroqarterjali inferrex ma' Malta kollha qed jintuza materjal riciklat u x-xoghol qed isir taht is-supervisjoni ta' esperti barranin li ngiebu f'Malta mill-kuntrattur.
Id-Dipartiment tat-Toroq bhalissa qed jaghmel xoghlijiet fi TriqRegjonali, toroq fil-Madliena, il-Maghtab, Triq Marina f'tal-Pieta', toroq f'San Gwann, toroq fl-Imgarr, it-Triq tal-Barrani, toroq f'Hal Tarxien, Triq Bisazza u t-Triq it-Torri, f'Tas-Sliema, iz-zona industrijali fl-Imriehel, Triq Haz-Zabbar fil-Fgura u xoghlijiet f'diversi lokalitajiet ohra.
Fl-ahhar snin b'kollox saru tlett mitt (300) kilometru ta' toroqgodda jew toroq li nghataw wicc gdid u f'dawn il-granet id-Dipartiment tat-Toroq qed jaghmel xoghol fuq ghoxrin (20) kilometru ta' toroq godda.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow