Konferenza Stampa mill-Onor. Michael Falzon, Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani
PR1579
07/10/1996
| Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, l-Onorevoli Michael | Falzon nhar il-Erbgha 2 ta' Ottubru gie pprezentat mic-Chairman tal-Kumitat Konsultattiv fuq il-qaghda ta' l-edukazzjoni, il-Professur Kenneth Wain rapport iehor li gie mfassal wara d-dokument 'Tomorrow's Schools'. Dan sar wara serje ta' laqghat ta' diskussjoni li saru dwar id-dokument ma' l-ufficjali gholjin fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, ma' Ufficcjali Edukattivi, u ma' kapijiet ta' skejjel ta' l-iskejjel statali u privati. |
| F'dawn il-laqghat il-partecipanti gew mitluba li jirrejagixxu ghal | zewg mistoqsijiet ewlenin. L-ewwelnett, kif id-dokument 'Tomorrow's Schools' jinkwadra fil-vizjoni professjonali taghhom infushom dwar il-futur ta' l-iskejjel taghhom. Ghal dan il-ghan, gew mitluba li jkunu sija awtokritici kif ukoll kritici tad-dokument innifsu. It-tieni ntalbu jaraw x'jistghu jkunu l-ostakoli u l-problemi biex l-idejali mfissra fid-dokument jitwettqu fid-dawl tar-realtajiet prezenti fl-iskejjel taghna, kemm governattivi kif ukoll privati. |
| Dwar l-ewwel mistoqsija kien hemm qbil kwazi generali mal-principji | u valuri li fuqhom issejjes 'Tomorrow's Schools', u dwar il-filosofija ta' edukazzjoni mfissra fid-dokument. Naturalment, kien hemm il-kritika ukoll. Izda l-kritika kienet l-izjed ta' dettal, u ta' xi policies li l-partecipanti qalu li gew attwati fl-imghoddi u ma hadmux. |
| Fit-tieni mistoqsija, l-partecipanti gew mistiedna jkunu kritici | tas-sitwazzjoni prezenti fid-dawl ta' l-idejal li kien qed jipproponi filosofija ta' l-edukazzjoni li hu radikalment differenti minn dik li qed jitmexxew l-iskejjel bihom f'pajjizna fil-prezent. Dan il-punt huwa importanti u jrid jinftiehem sewwa, inkella wiehed jista' jifhem b'mod hazin il-kritika li saret lill-istess skejjel. It-tip ta' mistoqsija tispjega ghala r-rapport jidher daqshekk negattiv fil-konfront ta' l-iskejjel. Il-kelliema ma gewx mitluba jaghmlu xi evalwazzjoni ta' l-istat prezenti taghhom, li kien ikun ibbilancjat b'hafna punti pozittivi li jezistu u li nistghu nibnu fuqhom. Il-kejl kien ma' vizjoni differenti ghal kollox minn dak li l-iskejjel mxew biha s'issa. |
| Fl-ahhar nett importani jinghad li r-rapport sar ghall-Ministru | biex jiggwidah dwar x'jistghu jkunu t-temi ta' Konferenza Nazzjonali dwar l-edukazzjoni li mahsuba ssir aktar 'il quddiem. Dan ir-rapport qatt ma kien mahsub li jigi ppubblikat bhal ma kien ippubblikat 'Tommorow's Schools'. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901